Bloggers – Page 2 – One News

Notifiki

Pride and Prejudice

Serrħu raskom. M’inix se nikteb dwar ir-rumanz miktub minn Jane Austen fl-1813 u li jġib l-istess titlu ta’ dan il-blog.

Kull min isegwi l-midja soċjali u anke dik tradizzjonali jista’ jinnota fattur komuni fil-kummenti ta’ dawk li ma jarawx għajn m’għajn mal-Partit Laburista. Iħarsu bi stmerrija lejn kull min differenti. Lejn kull min hu laburist. Lejn kull min ma jaqbilx magħhom.

Taqra l-kummenti u tintebaħ li jħossuhom superjuri.  Anzi infallibbli!

Aqra aktar

Insaħħu l-ħiliet bażiċi

Il-pandemija tal-Covid-19 ħolqot turbulenzi kbar madwar id-dinja. Ilkoll nafu l-effett li ġabet magħha din il-pandemija, m’hemmx għaliex nelenka t-tibdil radikali li esperjenzajna u li għadna qed nesperjenzaw. Dan apparti biex ma nsemmix il-logħba politika partiġġjana li xorta qed naraw ta’ kuljum minn wħud li kont nistenna aħjar minnhom.

Aqra aktar

Pensare male é peccato, ma spesso si azzecca! 

Hekk kien jgħid Giulio Andreotti. Li taħseb ħażin dnub, imma ħafna drabi taqta’ bi preċiżjoni. Bil-Malti ngħidu: “Aħseb il-ħazin, ħalli t-tajjeb ma jonqosx” Daħalli suspett qawwi fuq Alarm Phone, wara li New York Times qalet li l-immigranti jaqbdu mal-Alarm Phone b’telephone satellitari li jkun rċevew fil-Libja stess minn min jarma l-laneċ. Mort infittex u sibt li dawn għandhom bażi fuq l-art. Javżaw li huma ma jagħmlu l-ebda salvataġġ imma jistgħu jagħmlu sejħa għall-għajnuna. Jagħmlu wkoll informazzjoni għall-medja, biex fi kliemhom jimbarazzaw lill-awtoritajiet. Alarm Phone stess jgħidu li għandhom kollaboraturi fil-Libja! Aqra aktar

Biex is-sagrifiċċji li għamilna ma jisfumawx fix-xejn

Illum, it-Tnejn, ir-raba’ jum ta’ Mejju tas-sena 2020. Huwa jum li se jitniżżel fl-istorja ta’ pajjiżna bħala l-jum li fih bdejna l-mixja lejn normalità ġdida wara li għal numru ta’ ġimgħat, ilkoll kemm aħna, konna nkwetati, konna mħassbin, minħabba l-mixja tal-COVID-19. Imma jkun żball kbir jekk naħsbu li m’għandniex għalfejn ninkwetaw iżjed. Kif tgħid ripetutament is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika, Charlmaine Gauci, il-virus għadu jdur magħna.  Aqra aktar

Grazzi kbira minn qiegħ qalbna

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charlmaine Gauci ilha issa gimgħat sħaħ, ta’ kuljum taġġornana dwar dak kollu li qiegħed jiġri f’pajjiżna fil-ġlieda kontra l-imxija tal-Covid-19. Aqra aktar

Inqasna milli ngħallmuhom il-ħiliet bażiċi tal-ħajja?

L-edukazzjoni huwa qasam li ma jmut qatt. Kulħadd jaqbel ġustament li mingħajr dan il-qasam bażiku u kruċjali, ma nkampawx. Li kieku mhux għall-iskejjel u kull min jaħdem f’dan il-qasam, m’għandniex għalliema mħarrġa, tobba, infermiera, avukati, bankiera, riċerkaturi, xjentisti, jew kwalunkwe professjoni u anke sengħa oħra li b’xi mod tolqot il-ħajja ta’ kuljum. Issa anke s-suġġetti vokazzjonali reġgħu ngħataw ir-rikonoxximent li ħaqqhom.

L-iskejjel u l-istituzzjonijiet edukattivi żviluppaw ħafna, u llum il-ġurnata joffru servizzi eċċellenti lill-familji tagħna. Bla dubju ħaqqhom kull rikonoxximent u għajnuna biex ikomplu jikbru.

Nemmen biss f’nuqqas wieħed li s’issa ma tantx jidher li kien preżenti fit-traġitt edukattiv – ċertu ħiliet bażiċi li l-ħajja adulta ddur madwarhom.Aqra aktar

Kollox irid ikollu l-konsegwenzi tiegħu

Smajt lill-Prim Ministru jitkellem fuq l-akkużi li marru jagħmlu kontra tiegħu, akkużi li palesament huma foloz, għax min għamel id-denunzji jaf li l-fatti mhux minnhom, u bbażati fuq injoranza grassa tal-liġi.  Ngħidu li l-injoranza tal-liġi ma tiskuża lil ħadd, aħseb u ara kemm tiskuża lill-nies lawrejati bħala avukati. Aqra aktar

Biex il-Mediterran ma jibqax qabar

Aktar minn ħames snin ilu, kont nattendi regolarment s-sessjonijiet tal-Parlament Ewropew li kienu jsiru fi Strasburgu. Tista’ tgħid li f’kull seduta kienet tissemma l-problema tal-immigranti li jaħarbu mil-Libja fi tfittxija għall-ġejjieni aħjar fl-Ewropa. Aqra aktar

Send this to a friend