Notifiki

It-Times u l-Inkompatibbli

It-Times għamlet missjoni li tfittex fejn mara u raġel miżżewġin huma kompatibbli jew mhux kompatibbli.

Mhux jekk humiex kollox sew bejniethom,  imma jekk humiex kompatibbli ma’ kriterji li jaqblu lit-Times.

Għax mhux dejjem l-istess kriterji japplikaw.

L-ewwel ħalli nibda minn Justyne Caruana mizzewġa Valletta.   Imn’alla ma niżżlitx isimha Vallettagħax malajr it-Times kienet tgħid li Ministru għal Għawdex ma jistax ikollu kunjom talBelt Kapitali tal-gżira Maltija.  

Aqra aktar

From Russia with Love

Film tal-1963, wieħed mis-sensiela ma’ tispiċċa qatt ta’ James Bond. Dan il-film huwa deskritt bħala spy thriller bħala ġenere. F’Malta għaddej film ieħor, imma l-ġenere tiegħu jixbaħ aktar film tal-waħx u kummiedja f’daqqa.

L-element Russu fil-film Malti qiegħed hemm. Mara ta’ Nazzjonalità Russa bl-isem ta’ Maria Efimova li sa ftit aktar minn xahrejn ilu kienet fiċ-ċentru tal-kampanja elettorali tal-Partit Nazzjonalista u wħud mill-mezzi tax-xandir li jservu ta’ spalla għall-Partit Nazzjonalista fuq il-każ ‘Egrant’, jew aħjar l-ikbar gidba fl-istorja politika Maltija fuq il-Prim Ministru u s-Sinjura tiegħu.

Aqra aktar

L-Intolleranza tal-Partit Nazzjonalista u l-esponenti tiegħu

Minkejja li tal-PN jinsabu fl-oppożizzjoni għal darb’oħra, u bi tkaxkira ikbar u li qatt ma ħolmu dwarha, donnhom jippretendu jew saħansittra jaħsbu li għandhom xi dritt sagrosant li huma biss għandhom imexxu pajjiż. Hija arroganza fiha nnifisha li l-PN jaħseb li huwa xi partit li hadd ma jista’ jkun aħjar minnu.Aqra aktar

Up in ARMS

Tgħidux li se nibda neqred,  imma jkun hemm ħwejjeġ mhux kbar imma li jdejqu lin-nies li tajjeb wieħed jitkellem fuqhom forsi xi darba jissolvew. Ippruvajt fuq dan li se ngħid,  imma f’wiċċi baqa’.

Mela kien hemm xi bravu żmien ilu fl-ARMS Ltd li daħħal sistema li persuna li tkun trid il-meter tad-dawl u tal-ilma fuq isimha trid jew jiffirma s-sid jew jekk tgħid li hi s-sid,  trid iġġib kuntratti u provi,  u jekk ikun hemm eredi oħra trid il-firem etc.

Dan joħloq problemi serji.  Ikollok min mill-aħwa li jippretendi għax il-meter fuq ismu, il-post huwa tiegħu !  U jkun hemm min ikun irid jagħmel riċerki u testmenti fuq testmenti ħalli jagħti prova li l-post wirtu.

Aqra aktar

Perikoluż

 

Kull darba li staqsewni għal kelma waħda biex niddeskrivi lill-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, iddeskrivejtu bħala perikoluż.

Nista’ ngħid li wara l-elezzjoni ġenerali kkonfermajt dan il-ħsieb iktar minn qatt qabel.

Fl-aħħar erba’ snin li fihom rajtu jmexxi l-Partit Nazzjonalista Busuttil deher bħala bniedem ‘bitter’, xi kultant kattiv u bniedem li jaħseb li għalih japplikaw liġijiet u regoli differenti minn dawk li japplikaw għall-kumplament tas-soċjetà. Dan fl-istess waqt li jattakka lil ħaddieħor li jagħmel hekk.

Aqra aktar

Bejn Inxjurans u Satellti

“Qqqmmm!” “Madonna!”

Dan kien il-ħoss li spara minn fommi jien u ndur il-kantuniera għall-blokk fejn noqgħod, fl-istess ħin li ħrigt idejja biex nilqa’ forza ta’ bawżer tal-ilma li daħal ġo fija.

“Ara fejn int miexi ħi, qattus ommok! U neħħi dal-qaħbeċ gażżetti minn ġo wiċċi, muntun!”

Ma kienx hemm għalfejn nara ma x’hiex ħbatt. Leħinha kien biżżejjed. Ċensina ta’ faċċata tiegħi żewġ bibien ‘l isfel.

“Skużani”, ażżardajt jien qisni ħaruf sejjer għall-qatla!

“Ara mela int, dan?”

Għamilt pass lura, għax kelli wiċċi mal-gażżetti li kienu ma’ wiċċ Ċensina, idi l-oħra mqabbda ma’ spallitha, l-qoffa li kellha f’ida b’ħobża tas-salib titbandal fiha mdaħħla f’ta’ wara l-kużakk, kollox mgħaffeġ u jibki, u konna too close for comfort, kif jgħid l-Ingliż.

Kif ġejna f’tagħna, tagħtni ħarsa minn dawk ala Ċensina.

“Gustuż e!”

Aqra aktar

“Il-Partit Nazzjonalista – minn ġot-taġen għal ġon-nar”

Qatt fl-istorja ta’ pajjiżna ma rajna Oppożizzjoni daqshekk imkissra u mfarrka. Oppożizzjoni li minkejja li għadha kemm qalgħet tkaxkira oħra papali, tidher li ma tgħallmet xejn.  Ir-raġuni ewlenija hija li dak li jimpurtahom l-esponenti tal-PN mhux il-ġid tal-Partit tagħhom iżda l-interess personali tagħhom.

Hi ħasra li l-Partit Nazzjonalista sar qishu baqra…kulħadd jaħleb minnha mingħajr ma jsaħħuha. L-importanti li kull minn ikun qed jaħleb jiekol u jiġba kemm jiflaħ hu u ma jinteressahx mill-partit li jkun tant dgħajef li saħansittra qed jieħu l-aħħar nifsijiet tiegħu.

Aqra aktar

Ġlieda li qed tintrebaħ

 

Huwa ovvju li l-ebda problema ma tista’ tkun solvuta jekk l-ewwel u qabel kollox ma tkunx rikonoxxuta l-problema.  Fi ftit kliem, jekk il-problema tinxteħet taħt it-tapit, qisha ma teżistix.

Ħames snin ilu, meta allura pajjiżna kien immexxi minn Lawrence Gonzi, għan-Nazzjonalisti l-problema tal-faqar kienet biss perċezzjoni.  Qishom dawk li kienu jghixu fil-faqar jew f’riskju ta’ faqar ma kinux jeżistu. Bħallikieku kulħadd kien qed jgħix ħajja diċenti, bla bżonnijiet ta’ xejn.

Aqra aktar

Mhux kulħadd seta’ bħalek, Delia! 

M’hemmx tidwir, il-kummenti ta’ dak li qed jipproġetta lilu nnifsu bħala l-‘outsider’ fit-tellieqa għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, kienu kummenti għal kollox bla sens u vojta. Delia, li ngħaqqad fil-konkorenza biex jipprova jingħoġob mal-hardcore Nazzjonalista biex jivvutawlu, l-istess kif għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni biex jipprova jirbaħ elezzjoni, ftaħħar lil ħames itfal tiegħu (li m’għandhom xejn x’jaqsmu fl-istorja) għamilhom taħt Gvern Nazzjonalista.

It-tfal huma l-isbaħ rigal li jista’ jingħata persuna, jiġu meta jiġu. Li hemm isbaħ illum il-ġurnata hija li grazzi għal dan il-Gvern Laburista, grazzi għas-servizz tal-IVF u r-rieda tal-Gvern li jkompli jtejjeb aktar se jkun qed jagħti aktar ċansijiet lil kull min jixtieq isir ġenitur iżda li għandu bżonn juża servizz bħall-IVF għax għal xi raġuni jew oħra ma jistax jikkonċepixxi b’mod naturali, dan jista’ jagħmlu. Delia kien għal kollox insensittiv lejn dawn il-persuni. Dan ġej mingħand xi ħadd li qed jaspira li jkun hu li jimbotta ‘l quddiem leġislazzjonijiet.

Mur saqsi lil dik il-mara, jew lil dak ir-raġel, x’differenza tagħmilhom taħt min jitwieldu? Mur saqsi lil dawk il-koppji li jkollhom qalbhom imtertqa għax il-mara ma tkunx tista’ tinqabad tqila?Aqra aktar

Joseph Muscat: bniedem ta’ azzjoni

Ili attiv fil-politika aktar minn 50 sena.  Għal ħafna snin kont dejjem nisma’ lill-Partit Laburista bir-raġun jiftaħar bil-kisbiet ta’ Agatha Barbara fl-istorja politika ta’ pajjiżna meta hi kienet l-ewwel mara li ġiet eletta fil-Parlament, l-ewwel mara li okkupat kariga ministerjali, kif ukoll kienet l-ewwel mara li nħatret bħala President tar-Repubblika.  Min-naħa l-ohra konna nisimgħu l-kritika fil-konfront tal-Partit Nazzjonalista li lanqas biss rappreżentanza femmini fil-Parlament ma kien ikollu.

Maż-żmien, l-affarijiet bdew jinbidlu.  In-nisa bdew isiru aktar attivi, mhux biss fil-Partit Laburista, imma anke fil-Partit Nazzjonalista li allura mhux biss bdew jeleġġu deputati nisa, imma n-nisa bdew anke jingħataw karigi ministerjali.Aqra aktar

Send this to a friend