Ir-Reazzjoni li hemm bżonn

Il-jum tas-16 ta’ Ottubru mhux riflessjoni ta’ x’aħna bħala nazzjon. Il-qtil barbaru ta’ Daphne Caruana Galizia f’pajjiż bħal tagħna mhux biss mhux aċċettabbli iżda jkun miġġieled bil-qawwa u bl-isforzi kollha. Kif wara kollox qed jagħmel il-Gvern.

Dak li fil-kotba tal-istorja se jirrifletti ta’ x’aħna bħala nazzjon huwa l-mod kif qed u se nirreaġixxu. Hawn min ir-reazzjoni ta’ rabja tiegħu ħass li għandu jesprimiha bil-kitba, permezz tal-midja soċjali u hawn min li f’ċirkostanzi bħal dawn iħoss li għandu jħalli l-forzi tal-ordni jagħmlu x-xogħol tagħhom bil-kwiet anke jekk isegwi b’attenzjoni.

Oħrajn ħassew li għandhom jinżlu fit-toroq kif għamlu mijiet il-Ħadd li għadda u li magħhom saħansitra ngħaqad il-Partit Laburista. Ħasra li mument ta’ għaqda nazzjonali nbidel f’espressjoni politika partiġjana fejn mill-organizzazzjoni sad-diskors tal-aħħar kien hemm it-timbru tal-Partit Nazzjonalista.Aqra aktar

Fuq tlieta toqgħod il-borma

Issa saret drawwa li tintalab ir-riżenja tal-Avukat Ġenerali. L-ewwel ma ħareġ biha kien Simon Busuttil li spiċċa li kellu jirriżenja hu. Issa reġgħet instemgħet.  Bejnietna jippruvaw iċappsu lill-Avukat Ġenerali b’xi timbru politiku, jiġifieri li hu mal-Labour! Ili nafu. Jekk tistaqsuni,  naċċertakom li qatt ma smajtu jlissen kelma waħda li minnha tista’ tgħid kif jaħsibha politikament. Dejjem kien bniedem rett u tal-affari tiegħu, mhux biss issa imma anke meta kien għadu fir-rank aktar ’l isfel. Aqra aktar

Sinjali mhux sbieħ

Meta kont smajt li kien hemm xenati u ġlied f’Tal-Pietà umbagħad li fuq il-fosos ġie aggredit Dr Jason Azzopardi, qalbi għamlet tikk. Rajt xi uċuh li kont naf żmien ilu, meta kien hemm il-gangs miż-żewġ naħat tal-partiti. U dawk is-sinjali ta’ vjolenza ma ġewx minn xi klikka laburista !!!

Issa ġara dan id-delitt faħxi. Jien tgħallimt li meta xi ħadd jipprova, qabel kull prova ċerta, jippunta subgħajh lejn ħaddieħor, ikollu tlieta jippuntaw lejh.Aqra aktar

Sabu s-siġġu!

Fl-aħħar Adrian Delia sab postu fil-Parlament ta’ Malta wara r-riżenja tar-‘record-man’ Peter Micallef. Dan mhuwiex it-tmiem tas-saga interna tal-PN, iżda għadu l-bidu tax-xow, xow politiku li għal wħud jidher li huwa komiku iżda fl-istess ħin drammatiku u tal-biki għas-sitwazzjoni politika ta’ pajjiżna.Aqra aktar

Nibnu Qorti ġdid?

Riċentement il-President tal-Qrati għamel suġġeriment li jinsab post ikbar għall-qrati.  Qisu l-ispazju li hemm mhux biżżejjed.  U dan wara li l-uffiċċji tal-Imħallfin marru fid-dar San Tumas Moore fi Strada Stretta, u qabel kienet ittieħdet dar oħra ħalli saret il-Qorti tal-Familja.

Assolutament ma naqbilx u jkun ħela ta’ flus il-poplu.

Fil-qrati ili ndur u nagħqad għal dawn l-aħħar 51 sena.  L-ewwel bħala reġistratur mis-sena 1966,  umbagħad mis-sena 1970 bħala avukat.  Jien ilħaqt il-Qorti maqsum fi tnejn.  Il-Qorti tal-Maġistrati Triq l-ifran  ‘l isfel u Qrati Superjuri fil-Berġa tal-Italja fejn illum hemm it-Turiżmu,  u aktar kif kienu jafuh in-nies bħala l-Posta.

Aqra aktar

Se jħalluh imexxi?

Id-dħul tal-kap Nazzjonalista Adrian Delia fil-Parlament, u l-ħatra tiegħu bħala Kap tal-Oppożizzjoni, suppost li jġibu fi tmiemu episodju ġdid fl-istorja tal-Partit Nazzjonalista, u anke fl-istorja ta’ pajjiżna. Suppost għandu jibda episodju ġid ladarba issa Adrian Delia m’għandu xejn xi jfixxklu milli jagħti l-kontribut tiegħu bħala Kap tal-Oppożizzjoni.

Imma għad baqa’ mistoqsija kbira dwar kemm verament igawdi appoġġ Adrian Delia fil-partit tiegħu. Żewġ avvenimenti li graw f’dawn l-aħħar jiem, jixħtu dubju serju dan.

Aqra aktar

Fasten Your Seatbelts

Meta qed nikteb se jkunu għaddew ħamest ijiem u nagħti daqqa t’għajn ħalli nara min hu dak li tela’ minn by-election mis-siġġijiet doppji tal-Partit Nazzjonalista u qed jirreżenja ħalli postu jieħdu Adrian Delia.

Fl-entużjazmu stennejt li l-għada li joħroġ ir-riżultat tal-votazzjoni se jkun hemm it-tħabbira tas-sagrifiċċju supreme għas-salvatur il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista.

Aqra aktar

L-Ewwel 100 Jum

L-ewwel mitt jum kienu jsarrfu f’ħidma kontinwa min dan il-Gvern. Ħidma li kompliet issarraf f’aktar investiment f’pajjiżna u ekonomija li baqgħet tissaħħaħ. Spikka wkoll kemm dan il-Gvern iħoss dak li jrid il-poplu u kemm dan il-Gvern huwa sensittiv għall-bżonnijiet tagħna l-Maltin.

Il-Gvern huwa konxju li minkejja s-suċċessi kbar li għaddej minnhom pajjiżna, grazzi għall-ħidma ta’ dan il-Gvern, xorta waħda hemm sfidi li dan il-Gvern irid jindirizza, u fil-fatt hekk ser ikompli jgħamel kif għamel fl-aħħar leġislatura.Aqra aktar

Tkellem l-eks President tal-Qorti

L-eks-President tal-Qorti  li llum huwa Imħallef għas-sentejn li ġejjin fil-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem,  ta intervista lit-Times of Malta.  Ħalli nagħmilha ċara.  Jien ma ddoqqli xejn li Imħallef ta’ Malta jagħti intervisti,  għax dak li għandu jgħid Imħallef jew Maġistrat huwa fis-sentenzi u mhux f’messaġġi  lill-istampa.
Aqra aktar

Send this to a friend