Irridu nkomplu nissalvagwardjaw il-Każini tal-Baned tagħna

Mhux xi sigriet li f’Malta għandna każini li bħalissa għaddejjin mill-burraxka ta’ problemi mas-sidien rispettivi, b’uħud diġa’ f’battalji legali u ħafna taqtiegħ il-qalb li jista’ jintilef il-post li għal ħafna huwa d-dar tagħhom, kważi aktar mid-dar proprja tagħhom.

Il-każini tal-Baned mhumiex il-każini tal-festi biss, ta’ ġimgħa waħda minn 52 f’sena. Il-każini tal-Baned huma parti sostanzjali mill-Kultura tagħna, ta’ dak li jagħmilna Maltin. Il-Każini huma espressjoni kulturali li ilu magħna għal ħafna u ħafna snin.

Il-każini tal-Baned kienu pjattaforma għall-maġġoranza assoluta tal-iprem Mużiċisti li għandna f’pajjiżna, li ħadu t-tagħlim mużikali senza interessi, kienu wkoll il-bidu ta’ ħafna persuni li jaħdmu jew kienu jaħdmu f’oqsma oħrajn kulturali hekk kif ħidmet il-każini hija waħda mifruxa ħafna.Aqra aktar

Nirrumblaw ic-ċuppitatu

Kif smajt l-aħbar li l-Unjoni Ewropea trid tagħmel gwerra fuq il-plastic,  u bdew isemmu l-fliexken tal-ilma u s-soft drinks, ftakart f’Dione Borg jagħmel il-mistoqsija bħala ġurnalista Nazzjonalista,  u jipprova jitmejjel b’dak li kien qed jgħid il-Partit Laburista fuq il-fliexken tal-plastik.Aqra aktar

Dak li ma qalx Joe Mikallef tan-Nazzjon…

Joe Mikallef tan-Nazzjon, psewdo-ġurnalist tal-Partit Nazzjonalista, din il-ġimgħa kiteb ħrafa jew storja mingħajr l-ebda valur ta’ aħbar, kif jagħmel is-soltu, dwar żjara li l-Prim Ministru Joseph Muscat flimkien mal-familja tiegħu għamlu f’Ruma biex isegwu l-finali tal-Coppa Italia bejn Milan u Juventus.

Għal Joe Mikallef u allura anke għal Partit Nazzjonalista ta’ Adrian Delia, li għandhom kontroll dirett fuq dak li jinkiteb fil-gazzetta tagħhom, dan kien skandlu kbir. Kien skandlu kbir, li missier ta’ familja mar jara lit-tim favorit tiegħu (ħalliha li ma ġietx tajba zgur għall-Prim Ministru!) flimkien ma’ ħbieb u kollegi. Break żgħir għall-familja tal-Prim Ministru kien skandlu skont Mikallef u n-Nazzjon, iżda ma kienx skandlu għalihom li Tonio Fenech kien qabad private jet ma’ negozjant biex imur jara l-Arsenal. Dik tista’ tagħmilha!Aqra aktar

Kardinal

Dr Joseph Muscat fl-għeluq tal-Konferenza Ġenerali tkellem kemm fittex fuq il-liġi li qed jagħmel ħalli koppji li ma jkollhomx tfal,  isibu l-għajnuna f’Malta ħalli possibilment dawn it-tfal jitwieldu.   Semma li kien qara dak li qal il-Kardinal Carlo Maria Martini li dam Kardinal ta’ Milan u wara rtira f’Ġerusalemm ikompli l-istudji tiegħu fuq il-Bibbja.

Sibt x’kien qal il-Kardinal f’djalogu li kellu ma’ xjenzat Professur Ignazio Marino.  Nitkellmu fuq is-suġġett fil-programm tar-radju “Le, m’intix waħdek”  u jidirli li għandi nġibu hawn.  U se nagħzel li nġibu bit-Taljan,  kif deher fl-Espresso, pubblikazzjoni magħrufa.

“Sui temi toccati in questo colloquio Martini si era raramente espresso, in passato. Anche nei primi mesi del 2005, quando in Italia la discussione pro e contro la legge che regola la fecondazione artificiale fu molto viva e la gerarchia della Chiesa si pronunciò con forza, egli rimase in silenzio.
Aqra aktar

L-Adozzjoni u l-IVF

Professur tal-Psikologija, Dr Mary Anne Lauri qalet li hija adottat u mhux għamlet IVF.  Perfettament għażla legittima għax kulħadd liberu kif jagħżel u jfassal ħajtu, u ħadd m’għandu jimponi fuq ħadd. Naturalment fejn tkellmet riedu jikkwotawha għax ma taqbilx mal-liġi li għaddejja mill-Parlament.

Aqra aktar

Ix-xewqa ta’ tarbija

Huwa l-akbar istint li għandu l-bniedem, li minnu jitwieldu l-ulied. Hekk hija n-natura wara kollox. Jekk inħarsu lejn il-ħolqien nibqgħu mistagħġbin bil-qawwa ta’ din il-forza fina. Is-sess u l-pjaċir tiegħu huwa tentazzjoni mhux għall-pjaċir, imma ħalli jiġu l-ulied. L-agħar in-naħal. Ir-reġina togħla dejjem aktar fl-għoli, u l-irġiel jiġru warajha, u jmur bla nifs. Wieħed jasal, ikollu x’jaqsam magħha, u mbagħad imut ukoll.

Ix-xenqa tal-bniedem li jwelled hija l-ħajja stess. Meta ma jkunux ġejjin, minkejja li mixtieqa, il-moħħ jhewden u titnissel id-dieqa.

Niftakar meta kont ili xi sentejn miżżewweġ, u minkejja li xtaqna, ma kien hemm l-ebda dawl. Inzertajt il-Ħadd wara nofsinhar, u qrajt il-dramm ta’ Francis Ebejer, “Ħdud fuq il-Bejt”, li kien fuq id-dieqa li tisma’ t-tfal jilgħabu u inti tfal m’għandekx. Moħħi ried jisplodi.Aqra aktar

Gvern mimli enerġija li qed jagħti futur sabiħ għal pajjiżna

Il-ġid li holoq u u li qed joħloq kulljum dan il-Gvern qed jinħass fil-poplu Malti.  Il-pożittività tinħass u hija evidenti li n-nies għandhom fiduċja sħiħa u assoluta f’dan il-Gvern u jirrikonoxxu li għandna Prim Ministru li jrid lil kulħadd jirnexxi. Dan il-Gvern huwa l-għażla naturali tal-Maltin.

Dan il-Gvern mil-ewwel ġurnata tal-mandat tiegħu, wera biċ-ċar li ried iġib riżultati kbar u sbieħ għal pajjiżna.  Riżultati li l-effett tagħhom qed igawdi minnhom kulħadd.  Pajjiżna sar attrazzjoni kbira għal investituri barranin li qed jaraw li Malta għandha futur sabiħ u futur b’saħħtu u jirikonoxxu li aħna pajjiż ekonomikament b’saħħtu.

Bla dubju kulħadd qiegħed illum jgħix kwalità ta’ ħajja aħjar u dan għaliex ix-xogħol li ħoloq dan il-Gvern f’pajjiżna tinkoraġġik biex tkompli tinvesti u tistinka.  Il-poplu Malti għaraf li dan huwa Gvern li għandu pjanijiet konkreti u sodi li qed iwasslu għal aktar u aktar tkabbir ekonomiku.  Illum nitkellmu dwar Surplus u mhux defiċit. Dan juri l-għaqal ta’ dan il-Gvern li dak li jgħamel mhux biss qed iħalli l-frott tiegħu illum iżda ser igawdu u jibbenefikaw minnu wkoll il-ġenerazzjoni li jmiss.

Aqra aktar

In-‘New Way’ ta’ Delia

“Don’t keep on washing your hands. Suspend Pilatus Bank license now!”

Hekk qal Adrian Delia lill-Prim Ministru ftit mumenti wara li ġie rraportat fl-aħbarijiet li ċ-Chairman tal-Pilatus Bank kien arrestat fuq allegat akkużi t’evażjoni ta’ sanzjonijiet ekonomiċi imposti mill-Istati Uniti fuq l-Iran – minn għadd ta’ kumpaniji ohra f’ismu. Mhux se nidħol fil-mertu tal-akkuża jew tal-integrita’ tal-ex-chairman tal-Bank, għal dan inħalli l-awtoritajiet u l-qrati tal-Istati Uniti sabiex jagħmlu l-investigazzjonijiet neċessarji.Aqra aktar

Delia Missjunarju għall-Klawsura

 

Qatt smajtu b’dak li mar ibiegħ ir-refrigerators fin-North Pole ?  Jew dak li  ħareġ ibiegħ il-heaters fid-deżert tas-Sahara ?

Issa għandna ieħor.  Adrian Delia li hu missjunarju,  u se jagħmel missjoni speċjali għalih,  u qisu se jmur jikkonverti lil tal-Klawsura.

Għamel diskors fuq li jrid jiġġieled kontra l-abort.  Emmnuni għedt forsi kien hemm xi ħaġa li ma ndunjatx biha.  Umbagħad kif ġabet l-artiklu t-Times,  qisha l-uffiċċju missjunarju ta’ Adrian Delia.  Aktar tħawwadt meta ċertu Mario Xerri bagħatli kumment fuq Facebook li ma għamilt l-ebda kumment fuq poeżija dwar l-abort,  li kienet qed tintbagħat.  Għidtlu sinċerament li ma kontx qed nifhem,  imma għedtlu l-fehma tiegħi.

Xorta bqajt nahseb li kien dwar id-diskors tal-Missjunarju Delia.   Imma mara qrajt li kien hemm miktub u baghtitli l-poesija,  sentimentali hafna fuq l-abort.Aqra aktar

Il-Mizien tal-Qorti

Ili midħla tal-qrati għal dawn l-aħħar 52 sena. U fuq ċerti ħwejjeġ inkemmex xofftejja, bħal ħafna nies oħra. Jien niftakar żmienijiet meta kien hemm Presidenti Sir Anthony Mamo u l-Profs JJ Cremona u mħallfin bħal Guzè Flores u oħrajn. Kien hemm ċertu attitudni li wieħed iħossu kburi li qed jagħtu s-sehem tiegħu lill istituzzjoni importanti. Ma kienux iqisuha professjoni biss. Anke registraturi, bħal Prof Victor Borg Costanzi u Dr Victor Borg Grech, li l-proċedura veru kien jafha.

Aqra aktar

Send this to a friend