Min jafni, jaf sew kif naħseb u nitkellem. Nemmen li kapaċi niżen b’moħħi. Bħal kulħadd, xorta waħda għandi l-għażliet preferiti tiegħi. Għax meta niżen, il-miżien it-tajjeb ixaqleb lejn il-Partit Laburista.
Inkun se naqbad nitnerveż malli nara kummenti ta’ dawk li jissimpatizzaw mal-Partit Nazzjonalista b’mod li kważi għandhom għamad quddiem għajnejhom u li jemmnu li tal-Labour kollox ħażin u tan-Nazzjonalisti kollox tajjeb. Imma mbagħad inżomm pass lura u nispiċċa niggustahom. Nibdew naħseb bejni u bejn ruħi, jekk dawn li jikkumentaw hekk, humhiex l-istess nies li jgħidu ‘kemm għadna lura fil-ħsieb u l-mentalità f’pajjiżna..’ Imma x’tagħmel.Aqra aktar