Trischia Falzon – Page 7 – One News

Trischia Falzon

Notifiki

Matul l-2019 saru 124 ċiklu tal-IVF

Matul is-sena li għaddiet, l-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun approvat 513-il applikazzjoni għal proċeduri, li jvarjaw minn preservazzjoni ta’ bajd u sperma, għal ċikli tal-IVF. Aqra aktar

Mitt jum ta’ sfidi u deċiżjonijiet diffiċli

L-ewwel mitt jum. Mitt jum ta’ tmexxija.

F’baħar kalm, kull kaptan kapaċi jbaħħar il-bastiment, iżda dak li ffaċċja Robert Abela fl-ewwel mitt jum tiegħu fit-tmun tal-Partit Laburista, u tal-pajjiż, kien il-kuntrarju ta’ dan.

Sa mill-ewwel diskors tiegħu bħala Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela wera li ried jgħaqqad: “Partit wieħed, pajjiż wieħed, poplu wieħed. Aħna lkoll ulied familja waħda.” Aqra aktar

ARA: “Taqtgħux qalbkom u negħlbu din l-isfida flimkien” – il-ħaddiema taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid

F’dan iż-żmien straordinarju li qed ngħixu, il-ħaddiema taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid ħejjew filmat b’messaġġ ta’ kuraġġ għal dawk kollha li jinsabu magħluqin f’darhom.

Nies li qed jaħdmu lejl u nhar biex jiġġieldu l-imxija tal-Coronavirus f’pajjiżna.

Fil-filmat tidher il-ħidma bla preċedent ta’ dawn il-ħaddiema, minn tobba għal infermiera għal sewwieqa tal-ambulanzi u saħansitra uffiċjali tal-Pulizija li jikkordinaw il-ħidma magħhom fil-lokalità.

Jispikkaw xeni ta’ toroq siekta u bla ħoss b’kuntrast għal kif kienu jkunu ftit ġimgħat ilu mimlija attività.

B’mużika magħżula bi ħsieb fl-isfond, jitwassal il-messaġġ biex bħalma l-ħaddiema tas-saħħa mhux jaqtgħu qalbhom u qed jiġġieldu għall-ġid tas-saħħa tal-poplu Malti, hekk ukoll dawk magħluqin fi djarhom għandhom jagħmlu kuraġġ.

Jispikkaw ukoll xeni ta’ anzjan waħdu f’daru u allura l-importanza li nipproteġu lil dawk vulnerabbli fis-soċjetà tagħna ħalli noħorġu minn dan il-mument kemm jista’ jkun malajr u ma ndumux ma nkunu nistgħu nerġgħu ngawdu lill-għeżież tagħna.

Għaxar każijiet ġodda ta’ Coronavirus u disa’ persuni oħra fiequ

Fl-aħħar sigħat, feġġew għaxar każijiet ġodda ta’ Coronavirus, filwaqt li fiequ disa’ persuni oħra biex b’hekk it-total ta’ persuni mfejqa tela’ għal wieħed u disgħin.

Il-każijiet il-ġodda ħarġu pożittivi minn fost elf u disgħin test, biex in-numru ta’ persuni nfettati f’Malta mindu feġġ l-ewwel każ f’pajjiżna, tela’ għal erba’ mija u tnejn u għoxrin.Aqra aktar

Send this to a friend