Trischia Falzon – Page 69 – One News

Trischia Falzon

Notifiki

L-Italja fi kriżi politika

Il-President Taljan Sergio Mattarella talab lill-ekonomista Carlo Cottarelli biex jifforma Gvern ġdid.

Fil-Palazz Presidenzjali fil-kapitali Taljana, Cottarelli qal li bħal ta’ qablu ntalab jippreżenta programm ta’ Gvern ġdid, u f’każ ta’ nuqqas ta’ fiduċja, se jieħu ħsieb biss l-amministrazzjoni tal-pajjiż sakemm issir elezzjoni oħra fix-xhur li ġejjin.

Bħala ekonomista qal li jifhem li s-sitwazzjoni preżenti qed toħloq tensjoni fis-suq finanzjarju. Għaldaqstant Gvern immexxi minnu se jkompli jżomm in-nefqa tal-pajjiż taħt kontroll.

Dan l-iżvilupp seħħ wara li l-Ħadd filgħaxija, il-Professur tal-Liġi Giuseppe Conte, jiem biss wara li ġie magħżul biex isir Prim Ministru, kellu jwarrab mix-xena politika għax ma rnexxielux jifforma Gvern.Aqra aktar

Sal-aħħar tax-xahar jitlesta x-xogħol fiċ-Ċentru tas-Saħħa f’Ħal Kirkop

Sal-aħħar tax-xahar mistenni jkun lest ix-xogħol ta’ bini u infrastruttura fuq iċ-Ċentru tas-Saħħa l-ġdid f’Ħal Kirkop.

Dan biex wara jiġi nstallat l-apparat mediku u tiddaħħal l-għamara ħalli f’Settembru jibda jilqa’ l-pażjenti.

Fi żjara fuq il-post, il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi, Carmen Ciantar, spjegat ma’ ONE News ix-xogħol li kien għaddej fl-aħħar xhur.

“Bdejna ninstallaw id-dawl, l-ilma, id-drainage u bħalissa qegħdin fil-final stages biex inlestu dan il-proġett fejn qed ngħalqu s-suffetti u ninstallaw il-bibien ta’ ġewwa u ta’ barra għax il-pjan huwa li sal-aħħar ta’ Mejju din il-binja tkun lesta.”

Bejn Ġunju u Settembru, il-priorità se tkun it-taħriġ lill-ħaddiema.Aqra aktar

Ara l-bidliet fit-test tal-VRT li daħlu fis-seħħ

 

Daħlu fis-seħħ numru ta’ bidliet fil-mod kif isir it-test tal-VRT. Bidliet li se jiżguraw test armonizzat madwar l-Unjoni Ewropea u vetturi aktar sikuri u nodfa fit-toroq Maltin u Għawdxin.

Dan bil-għan li jonqsu l-każi ta’ mwiet u korrimenti fit-toroq minħabba manutenzjoni ħażina tal-karozzi, kif ukoll l-impatt negattiv fuq l-ambjent.

Bidla ewlenija taffettwa l-kategorizzazzjoni tar-riżultat tat-test, fejn issa d-difetti se jibdew ikunu kkategorizzati skont il-gravità u l-livell ta’ riskju għas-sigurtà fit-triq.

Vince Micallef Pulè – uffiċjal fi Transport Malta, spjega kif qabel karozza kienet tgħaddi jew tfalli mit-test – iżda issa hemm kategoriji differenti għal dan.Aqra aktar

Il-Prim Ministru jilqa’ lil Christabelle f’Kastilja

Jum wara li waslet lura f’pajjiżna, f’Kastilja, il-Prim Ministru Joseph Muscat iltaqa’ mal-ambaxxatriċi Maltija tal-Eurovision Christabelle Borg.

F’kummenti ma’ ONE News wara l-laqgħa li kellha mal-Prim Ministru, Christabelle qalet li l-esperjenza fil-Eurovision, żgur li mhux se timmarka t-tmiem tal-vjaġġ mużikali tagħha.Aqra aktar

Send this to a friend