Trischia Falzon – Page 68 – One News

Trischia Falzon

Notifiki

Aġġornat: Tazza ta’ tama minn mara li riedet ittemm ħajjitha

Minn vittma ta’ stupru, għal mara b’saħħitha u ta’ ispirazzjoni li rebħet il-ġlieda kontra r-riperkussjonijiet li ħalla fuqha l-imrar tal-ħajja. B’entużjażmu lejn il-ġejjini, tinsab għaddejja bl-aħħar tħejjijiet biex tiftaħ kafetterija li għandha sservi ta’ spazju miftuħ u sikur għal nies bi problemi ta’ saħħa mentali.

Din hija l-istorja ta’ Ileana Brown – mara b’dixxendenza Maltija ta’ sebgħa u għoxrin sena li ilha tgħix f’pajjiżna għal dawn l-aħħar għaxar xhur.

F’interivsta ma’ ONE News, marret lura għal meta kellha tlettax-il sena; meta ġiet stuprata mill-maħbub li kellha.

I froze and I felt like I couldn’t speak. I couldn’t fight back, my body just froze and that’s something that was horrible because inside I was screaming but outside I couldn’t physically move.

Aqra aktar

Il-Gvern b’nefqa ta’ €30 miljun fuq mediċini

 

Fl-elfejn u tmintax, l-ispiża tal-Gvern fuq il-mediċini mistennija tilħaq it-tletin miljun ewro. Żieda ta’ sitt miljuni meta mqabbel ma’ sentejn ilu, u tmintax-il miljun ewro iżjed mill-elfejn u għaxra.

Ċifri li ONE News kiseb mingħand il-Kap Eżekuttiv tal-POYC Celia Falzon, li spjegat kif l-ispiża tvarja għaliex filwaqt li jiżdiedu l-pazjenti, jiddaħħlu wkoll mediċini ġodda u avvanzati fis-suq.

Spjegat li ħafna mill-mediċini ma jiswewx flus kbar, iżda jtellgħu l-ispiża għax jeħduhom ħafna pazjenti. Imbagħad hemm mediċini li jiswew ferm iżjed u li jeħduhom pazjenti b’mard serju.

Falzon qalet li “Għandna mediċina minnhom li pazjent wieħed ikun hemm nefqa ta’ mad-disat elef ewro fuq dik il-mediċina biss għal pazjent wieħed u jkolna mijiet minnhom dal-pazjenti. Normalment ikollhom vera kundizzjonijiet serji u Allaħares ma jkolniex budges u flus biex nixtru dawn il-mediċini ħa ntaffulhom il-kwalità tal-ħajja tagħhom.”Aqra aktar

FILMAT: “Meta qaluli qabbillu waħda lil Sant” – Ġorġ l-Għannej tal-Mulej

“Għalija mhux ħa nieħu fastidju għax jgħidu li jżidulek l-għomor. Issa ġara li llejla se nidher fuq it-televixin u jkunu jafu li ma mietx Ġorġ.”

Din kienet ir-reazzjoni ta’ George Agius – jew kif inhu magħruf ma’ kulħadd bħala Ġorġ tal-Mużew u Ġorġ l-Għannej tal-Mulej; fl-isfond tax-xniegħa li ħalla din id-dinja matul il-lejl.

Ġorġ tal-Mużew jinsab qawwi u sħiħ fis-sala San Ġużepp fir-Residenza San Vinċenz de Paule, wara li fl-aħħar jiem kien qed jingħata l-kura fl-Isptar Mater Dei. L-istess Sptar li fih qatta’ sigħat twal ta’ kuljum ifarraġ lill-morda.

George qal “Ġabuni lbieraħ filgħaxija hawn emminni ma ħadtx nifs man-nies ġejjin il-ħin kollu jgħidu hawn Ġorġ ta’ fejn u jiġu jsaqsu.” Aqra aktar

L-ewwel grupp ta’ immigranti tal-MV Aquarius jitlaq lejn Franza

L-ewwel grupp ta’ immigranti li ddaħħlu f’pajjiżna abbord il-bastiment MV Aquarius f’nhar Santa Marija, ħalla Malta lejn Franza.

Fil-ħmistax t’Awwissu, ix-Xatt tal-Isla laqa’ vapur li żbarka mija u wieħed u erbgħin immigrant – sebgħa u disgħin raġel u erbgħa u erbgħin mara fosthom tnejn tqal.

Dawn ġew salvati waqt li l-MV Aquarius kien qed ibaħħar fl-inħawi tal-Libja, it-Tuneżija u Lampedusa.

Minkejja li ma kellu l-ebda obbligu legali, il-Gvern Malti offra li pajjiżna jservi ta’ bażi loġistika għall-iżbark tal-immigranti bi qbil li jitqassmu f’sitt pajjiżi Ewropej li aċċettaw dan l-arranġament volontarju. Il-pajjiżi huma Franza, il-Ġermanja, il-Lussemburgu, Spanja, il-Portugall u l-Italja.Aqra aktar

1,749 applikazzjoni għal reviżjoni tal-karti tal-eżamijiet tal-MATSEC

Madwar mija u għoxrin eżaminatur jinsabu f’ġirja kontra l-ħin biex f’ġimagħtejn jirrevdu ’l fuq minn elf u seba’ mitt karta tal-eżami tas-SEC u tal-MATSEC li saru f’Mejju li għadda.

Ċifri li kiseb one news juru li kienu elf mija u wieħed u erbgħin student li fl-aħħar ġimgħat talbu li ssir reviżjoni tal-karta wara li ma kinux kuntenti bil-marki li ngħataw.

Aktar minn tmien mija applikaw għal aktar minn suġġett wieħed, biex b’kollox l-uffiċċju tal-MATSEC rċieva aktar minn elf u sebgħa mitt applikazzjoni għal proċess li jieħu erba’ ġimgħat.

Minn dawn, aktar minn sitt mija kienu f’livell ordinarju filwaqt li aktar minn elf u mija kienu tal-livell tal-Matrikola.

 

Ċifri li kiseb ONE News juru li l-akbar ammont ta’ studenti li talbu reviżjoni tal-karta kien fis-Systems of Knowledge, b’mitejn u disgħa u ħamsin applikazzjoni.Aqra aktar

120 borża ta’ demm biex ġiet salvata l-ħajja ta’ sewwieq ta’ mutur

Sewwieq ta’ mutur li kien involut f’inċident tat-traffiku serju kellu bżonn xejn inqas minn mija u għoxrin borża ta’ demm biex isalva u jgħix.

Dan f’inċident wieħed biss minn sensiela li ta’ kuljum jirfsu l-għatba tad-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei.

Fil-kamra li fiha jidħlu każijiet ta’ ħajja jew mewt, il-Kap tad-Dipartiment Dr. Michael Spiteri spjega ma’ ONE News li l-iżjed pazjenti li jkollhom bżonn demm huma nies li jkunu nvoluti f’inċidenti serji.

Spjega li “L-iżjed li jkolna statistikament huwa inċidenti tal-karozzi u muturi, pedestrians li jkunu nvoluti f’inċidenti, għandek il-construction industry u occupational hazards li jkollok ċertu amont ta’ injuries minnhom kif ukoll fix-xhur tas-sajf jippeakjaw inċidenti relatati mal-baħar, ħruġ fit-tard u anki inċidenti fil-postijiet diversi ta’ divertiment li għandna madwar il-gżira.”Aqra aktar

BIL-FILMAT: Jaħdem il-linef għall-knejjes f’Malta

Vjaġġ ta’ għaxar snin ikkaraterizzat minn dedikazzjoni, preċiżjoni u paċenzja, wasslu biex xogħlu jinsab espost f’diversi knejjes u palazzi f’Malta u Għawdex.

Il-linef ta’ Mark Edward Mifsud jinsabu fil-knejjes tan-Naxxar, ta’ San Pawl u Santu Wistin fil-Belt Valletta, tal-Imġarr u r-Rabat f’Malta, u tal-Għarb u f’tal-Grazzja fir-Rabat Għawdex. Dan filwaqt li rrestawra l-linef tal-Palazz tal-Granmastru fil-Belt Valletta u l-Palazz ta’ San Anton.

Aqra aktar

Send this to a friend