Trischia Falzon – Page 65 – One News

Trischia Falzon

Notifiki

Żvilupp industrijali li se joħloq 240 impjieg ġdid b’investiment ta’ €12-il miljun

B’investiment ta’ tnax-il miljun ewro, miexi b’ritmu mgħaġġel ix-xogħol fuq proġett li se jieħu post dik li kienet il-fabbrika tal-Malta Dairy Products fix-Xewkija Għawdex.

Proġett mifrux fuq żewġ sulari ta’ elfejn metru kwadru ’l wieħed, li mistenni joħloq mitejn u erbgħin impjieg ġdid.

Il-pjan hu li ġaladarba jitlesta x-xogħol lejn nofs is-sena d-dieħla, il-binja tilqa’ fiha għaxar kumpaniji, fi spazju li jiflaħ għoxrin uffiċċju.

Minbarra żewġ sulari t’uffiċini, il-binja se jkollha wkoll parkeġġ taħt l-art li jiflaħ ħamsa u sittin karozza, u spazji oħra fil-madwar għal mija u għoxrin karozza oħra – inkluż għal persuni b’diżabilità.Aqra aktar

Lejn titjiriet diretti bejn Londra u Sydney

Il-linja tal-ajru Awstraljana Qantas qed tiddiskuti l-possibilità ta’ titjiriet diretti t’20 siegħa bejn Londra u Sydney.

Il-Kap Eżekuttiv tal-linja tal-ajru Alan Joyce qal mal-BBC li d-diskussjonijiet mal-kumpaniji tal-ajruplani tat-tip Airbus u Boeing jinsabu fi stadju avvanzat, u jemmen li jekk titnieda r-rotta tkun waħda popolari u jkun hemm domanda qawwija għaliha.Aqra aktar

Dalwaqt jibda r-restawr fuq it-torri tax-Xlendi

Torri qalb ir-raba’ li jgħasses il-bajja pittoreska tax-Xlendi f’Għawdex, f’żona magħrufa bħala Ras il-Bajda, se jiġi rrestawrat fi proġett b’investiment ta’ tliet mija u ħamsin elf ewro.

Mibni fl-elf sitt mija u ħamsin fi żmien il-Granmastru Lascaris, għal għexieren ta’ snin, it-torri serva ta’ post ta’ għassa għall-pirati u dawk li kienu jaħarbu mill-kwarantina.

Ftit passi ’l bogħod mill-pajsaġġ li jwassal għat-torri wieħed dlonk jinduna bil-bżonn kbir ta’ restawr u konservazzjoni wara snin twal ta’ abbandun.Ir-restawr fuq barra u dak ta’ manutenzjoni se jinkludi xogħol fuq il-faċċata u fuq l-aperturi li ttieklu bl-ilma baħar, ħażna għall-ilma, pannelli tax-xemx, sistema ġdida ta’ dawl u bidla fil-pavimentar.Aqra aktar

Lejn awtorità reġjonali għal Għawdex


Intemm proċess li matulu bosta qalu tagħhom dwar Awtorità li se tibda tieħu ħsieb l-iżvilupp reġjonali għal Għawdex.

Il-konsultazzjoni pubblika kienet pass li mmarka l-bidu għall-implimentazzjoni ta’ wiegħda elettorali oħra tal-Gvern.

L-Awtorità Reġjonali għal Għawdex se tkun responsabbli mit-twettieq tal-istrateġija dwar l-iżvilupp reġjonali għal Għawdex – li b’vizjoni li twassal sas-sena elfejn u tletin tinkludi fiha proġetti ta’ infrastruttura, turiżmu, iktar impjiegi f’Għawdex, u l-viżjoni ta’ Eko-Għawdex.

F’intervista ma’ ONE News, il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana spjegat li aktar minn kollox, din l-Awtorità trid tirrevedi l-istrateġija, billi tanalizza dak li jkun sar, dak li jkun baqa’ xi jsir, u bdil fiċ-ċirkostanzi li jista’ jinqala’ minn żmien għal żmien.Aqra aktar

L-MFSA b’rivoluzzjoni biex tkun iktar effiċjenti

Filwaqt li wera fiduċja sħiħa fl-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-Awtorità għaddejja minn bidliet kbar bil-għan li tkun aktar effiċjenti u jkun hemm superviżjoni aħjar, bis-servizzi kollha disponibbli fuq l-internet.

Muscat qal dan meta kien qed iwieġeb mistoqsijiet tal-ġurnalisti wara attività li kellu fil-Gżira.Aqra aktar

Iċ-ċiklu li jmiss tal-IVF se jsir bl-emendi l-ġodda fil-liġi

Il-Kumitat Parlamentari għas-Saħħa approva b’mod unanimu l-protokoll dwar l-emendi fil-liġi tal-IVF – li kienu diġà approvati mill-Parlament kemm fil-plenarja u kif ukoll fil-kumitat tal-abbozz ta’ liġijiet bil-għan li aktar koppji jsiru ġenituri.

Permezz ta’ dan il-protokoll, l-Awtorità se tkun tista’ tawtorizza l-fertilizzazzjoni ta’ aktar minn żewġ bajdiet sa massimu ta’ ħamsa.Aqra aktar

Aġġornat: Ġuvni ta’ 24 sena mir-Rabat jittella’ mejjet fix-Xemxija

Il-Pulizija qed tinvestiga sejba ta’ katavru ta’ ġuvni ta’ 24 sena mir-Rabat.

Il-katavru tiegħu nstab ftit ‘il barra mill-kosta tax-Xemxija.

Dwar il-każ inħatret inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Yana Micallef Stafrace li ħatret diversi esperi tabiex jgħinuha.

Is-sejba tal-katavru seħħ għall-ħabta tal-17:15.

Send this to a friend