Trischia Falzon – Page 64 – One News

Trischia Falzon

Notifiki

97 immigrant salvati mill-Forzi Armati ta’ Malta

Fi stqarrija ngħad li l-Forzi Armati ta’ Malta salvaw 97 immigrant li kienu jinsabu mal-44 mil nawtiku ‘l bogħod minn Malta.

Dan wara li d-dinghy li kienu fuqu beda jidħollu l-ilma.

L-immigranti se jiddaħħlu Malta llejla abbord il-bastiment tal-Forzi Armati ta’ Malta.

 

Se jitħabbru regoli ġodda fil-qasam tal-Inteliġenza Artifiċjali

Fi tmiem ġimgħa importanti ħafna għal pajjiżna – li matulha sar summit dwar it-teknoloġija blockchain li laqqa’ taħt saqaf wieħed mal-4,000 persuna minn kull rokna tad-dinja, il-Prim Ministru Joseph Muscat spjega kif dan il-Gvern qed ikun innovattiv u qed iħejji lil pajjiżna għall-futur.

Dr. Muscat qal li “Qed nagħmlu pjan għal dawk it-tfal li għada sejrin l-iskola, li għadhom qegħdin fis-sekondarja, li meta joħorġu biex jaħdmu ħames snin, għaxar snin oħra, ħa jkollhom quddiemhom għażla ġdida.”

Is-settur tal-blockchain huwa biss l-ewwel pass, hekk kif dan il-Gvern diġà qed iħares lejn setturi oħra – bħal dak tal-intelliġenza artifiċjali. Filfatt, il-Prim Ministru qal li Malta se tkun qed taħdem fuq regoli ġodda li se jpoġġu lil pajjiżna fuq quddiem f’dan is-settur ukoll.Aqra aktar

“Gvern umli u Oppożizzjoni mingħajr kredibilità” – il-PM

Lejlet ġurnata skola bħall-oħrajn, wara li nstabet soluzzjoni u mhux se jsir l-ebda strajk mill-għalliema, il-Prim Ministru Joseph Muscat wera d-dispjaċir tiegħu għall-mod kif l-għalliema kienu fil-mira ta’ abbuż fl-aħħar jiem.

Bil-għan li titjieb is-sitwazzjoni għall-għalliema, għall-ġenituri u fuq kollox għall-istudenti, il-Mexxej Labursita qal li jittama li fil-ġimgħat li ġejjin ikun hemm diskussjonijiet li jħallu l-frott biex mhux biss jintlaħaq ftehim dwar it-tliet abbozzi ta’ liġi, imma dwar kwistjonijiet oħra li jista’ jkun li qed idejqu lill-edukaturi.
Aqra aktar

Bil-blockchain pazjent se jkollu aċċess għar-rekord mediku tiegħu

Meta kien qed jindirizza d-Delta Summit dalgħodu, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne nnota kif il-blockchain se tkun qed tibdel il-mod kif titħaddem is-sistema tas-saħħa, u dan mhux biss f’pajjiżna imma mal-Ewropa u d-dinja kollha.

Imsejsa fuq viżjoni li Malta tkun blockchain island u fuq quddiem li tmexxi dan il-qasam, Fearne qal li l-iżjed ħaġa importanti f’dan ir-rigward fis-settur tas-saħħa, huwa li r-rekords mediċi tal-pazjenti se jkunu direttament tal-pazjenti.Aqra aktar

Sodisfatti bis-servizzi mogħtija fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Kirkop

Sodisfatti b’servizz aktar aċċessibbli u effiċjenti.

Hekk nistgħu ngħidu li ħassewhom uħud mit-tmien mitt pazjent li rrikorrew fiċ-Ċentru tas-Saħħa l-ġdid f’Ħal Kirkop fl-ewwel ġimgħa mill-ftuħ tiegħu.

Dan meta tkellimna magħhom wara li ngħataw xi wieħed mis-sbatax-il servizz li qed joffri dan l-istess ċentru.

Il-bżonn għal dan iċ-ċentru – li jkopri madwar tmienja u għoxrin elf persuna minn Ħal Far, Ħal Farruġ, Ħal Kirkop, Ħal Safi, Ħal Luqa, l-Imqabba, il-Qrendi u ż-Żurrieq, kien ilu jinħass is-snin, bħalma qalu f’kummenti ma’ ONE News is-Sindki ta’ Ħal Luqa u taż-Żurrieq.Aqra aktar

Dipartiment f’Mater Dei isalva l-ħajja ta’ għexieren ta’ bugħaddasa

B’aktar minn tletin inċident waqt l-għadds, l-istaġun tas-sajf ta’ din is-sena kien l-aktar wieħed impenjattiv f’dawn l-aħħar tletin sena għall-Hyperbaric Unit fl-Isptar Mater Dei.

Dipartiment li jinsab żewġ sulari taħt l-Emerġenza, u li b’erba’ kompressuri li jiffiltraw l-arja, jagħti l-ossiġnu lill-pazjenti. Barra dawn l-istess dipartiment li jinsab Għawdex ra aktar minn 20 każ ieħor.

Il-konsulent mediku Stephen Muscat spjega li l-Hyperbaric Unit jitratta sitwazzjonijiet ta’ pazjenti li minuti jagħmlu d-differenza bejn ħajja u mewt.

F’każi ta’ inċidenti fil-baħar, spjega li l-bugħaddasa jiddaħħlu f’chamber fejn jingħataw l-ossiġnu. Trattament li jdum medja ta’ bejn sitt u tmien sigħat – skont il-kundizzjoni li jkun fiha l-vittma meta jiddaħħal l-Emerġenza.

Muscat qal “L-iktar komuni huwa d-decompression sickness min idum ħafna fil-qiegħ u ma jagħmilx l-istops li suppost jew inkella għax jogħdos iktar minn darba. L-iktar li jkollna turisti għax jiġu għal żmien qasir u jdaħħlu d-doppju ta’ dives u jagħmlu tnejn jew tlieta kuljum.”Aqra aktar

Il-Prim Ministru fit-73 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda

Il-Prim Ministru Joseph Muscat jinsab fi triqtu lejn New York fl-Istati Uniti fejn se jattendi għat-73 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda. F’dan l-avveniment se jieħdu sehem il-mexxejja ta’ iktar minn 120 pajjiż madwar id-dinja.

It-tema għas-sessjoni se tkun ‘Making the United Nations relevant to all people’ u d-diskussjonijiet mistennija jiffukaw dwar it-tmexxija globali u l-qsim tar-responsabbiltajiet għal soċjetajiet sostenibbli li jgħixu fil-paċi u fl-ugwaljanza. 

Fost id-diversi impenji li jġib miegħu dan l-avveniment, il-Prim Ministru Joseph Muscat se jipparteċipa f’summit dwar il-paċi globali li l-Ġnus Magħquda qed torganizza fl-okkażjoni tal-100 sena mit-twelid tal-eks President tal-Afrika ta’ Isfel Nelson Mandela. 

Fi New York il-Prim Ministru se jkun akkumpanjat mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela u mill-membru tal-Kumitat Parlamentari għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, id-deputat Glenn Bedingfield.

Send this to a friend