Trischia Falzon

Notifiki

BIL-FILMAT: “Kien b’saħħtu mimli enerġija u tlifnieh fi tliet xhur” – omm tifel li miet b’tumur f’rasu

Kien tifel b’saħħtu mimli enerġija, kulħadd jgħidlu li m’għandux kwiet. Bħal sajjetta fil-bnazzi, tlifnih fi tliet xhur.

Hekk iddeskriviet id-disa’ snin li għex binha, f’ħajja li ntemmet f’qasir il-għomor, Chantelle Pace, omm Miguel, li temm il-vjaġġ tiegħu f’din id-dinja f’Awwissu li għadda.

Fil-kamra tas-sodda tiegħu, mimlija b’memorji li sawrulu l-ħajja qasira li għex, l-omm b’qalb maqsuma qaltilna li kollox beda sena ilu fil-ġimgħa li għalqu l-iskejjel minħabba l-COVID-19, meta l-għalliema ta’ Miguel qaltilhom li tah ħass ħażin.Aqra aktar

Ara l-istorja taċ-ċuqlajta bi tnax-il martell li tmur lura 100 sena f’Ħal Luqa

Dak li qatt ma stennew id-dilettanti tal-Ġimgħa l-Kbira reġa’ kien realtà, hekk kif għat-tieni sena konsekuttiva, tħassru l-purċissjonijiet fit-toroq u l-funzjonijiet għan-nies fil-knejjes.

Fil-lokalità ta’ Ħal Luqa, fejn il-purċissjoni tmur lura għal madwar mitejn u ħamsin sena, spikkat il-ħemda fil-knisja, fejn din is-sena ġew armati biss tliet vari – tar-Redentur, il-Vara l-Kbira u d-Duluri.

Is-sitt vari l-oħra jinsabu mgħottija b’liżar fil-maħżen, fejn issa ilhom ma jaraw id-dawl tax-xemx għal dawn l-aħħar sentejn.Aqra aktar

Il-BirdLife tressaq protest biex twaqqaf il-kaċċa minkejja r-rakkomandazzjoni tal-kumitat Ornis

BirdLife Malta ressqet protest ġudizzjarju fil-Qorti kontra l-Ministru għall-Ambjent, il-Ministru għal Għawdex, u l-Kap tat-Taqsima tar-Regolamentazzjoni għall-Għasafar Selvaġġi talli qed jippjanaw li jiftħu l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa.

B’reazzjoni għal din l-azzjoni legali biex l-istaġun tal-kaċċa ma jiftaħx, il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri fakkar li hekk kif propost mill-kumitat Ornis, l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa jista’ jiftaħ bejn l-għaxra u t-tletin ta’ April.

Fakkar ukoll kif ftit inqas minn sena ilu, l-istess għaqda mhux governattiva fetħet kawża l-Qorti kontra l-Gvern dwar il-ħruġ tal-liċenzji lill-kaċċaturi għall-istess staġun.

 

 

Send this to a friend