Trischia Falzon – Page 49 – One News

Trischia Falzon

Notifiki

BIL-FILMAT: Jinqered l-Ark tal-Festa fil-Furjana

Dawn kienu l-mumenti ta’ kaos u paniku li ddominaw il-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt fil-Floriana, wara li l-Ark tal-festa nħakem minn fjammi kbar tan-nar u nqered għalkollox.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-siegħa u nofs tas-Sibt filgħodu fi Triq San Publiju maġenb il-Knisja tal-Furjana.

Aqra aktar

Il-Prim Ministru jżur investiment ta’ €100 miljun għal internet aħjar fid-djar tal-Maltin u l-Għawdxin

“Malta has a very business friendly environment, the rule of law is exceptionally strong, so as a business investor I am quite confident working in Malta.”

Kliem il-Kap Eżekuttiv ta’ GO, meta l-Ħamis filgħodu dawwar lill-Prim Ministru Joseph Muscat mat-toroq ta’ Santa Luċija biex ġie spjegat dettalji dwar investiment ta’ €100 miljun għal konnettività aħjar fid-djar tal-Maltin u l-Għawdxin.

Nikhil Patil stqarr ma’ one.com.mt li karatteristiċi bħal dawn jagħmlu lil Malta ċentru Mediterranju fid-dinja teknoloġika.

Aqra aktar

“Pajjiżna huwa punt ta’ referenza biex pajjiżi jiltaqgħu, jiddiskutu u joħorġu b’soluzzjonijiet” – il-PM

Fis-sena li timmarka l-ħmistax-il anniversarju mid-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, il-Prim Ministru Joseph Muscat iddeskriva lil pajjiżna bħala punt ta’ referenza biex ilaqqa’ pajjiżi flimkien ħalli taħt l-istess saqaf jiddiskutu u joħorġu b’soluzzjonijiet.

Huwa qal dan waqt laqgħa ta’ livell għoli bejn ħamsa u għoxrin pajjiż Għarbi u Ewropew li qed issir għall-ewwel darba fl-istorja biex f’pajjiżna jiddiskutu l-bżonnijiet u d-drittijiet tal-persuni b’diżabilità.

Aqra aktar

Inawgurat Wellbeing Hub fl-MCAST

Ġie inawgurat l-MCAST Wellbeing Hub – ċentru li bil-kontribut ta’ diversi professjonisti, se joffri servizzi varji ta’ prevenzjoni lill-istudenti żgħażagħ bil-għan li jwittilhom it-triq għal ħajja b’saħħitha.

Iċ-ċentru se jagħti importanza kbira lis-servizzi ta’ saħħa mentali, fi sfond li żewġ terzi ta’ problemi psikjatriċi serji jibdew fiż-żgħożija.

Aqra aktar

Beda l-mixja waħdu u llum imorru l-eluf

Għas-sittax-il sena konsekuttiva, eluf ta’ persuni għażlu li jaqsmu Malta u fl-istess waqt taw donazzjoni għal Puttinu Cares.

Donazzjonijiet li se jmorru biex din il-Fondazzjoni tkun tista’ twettaq proġett kbir li se jissarraf f’aktar appartamenti fiċ-ċentru ta’ Londra għall-benefiċċju tal-pazjenti Maltin li jkollhom bżonn jirrikorru għall-kura fl-Ingilterra.

Aqra aktar

“Il-biki kollu għalxejn. It-tfal għandhom bżonn lill-ġenituri.” – omm ta’ tifel ta’ sitt xhur li ġie operat tliet darbiet

Jum il-Ġimgħa l-Kbira huwa jum marbut ma’ sentiment ta’ ċertu dieqa, li kulħadd jesperjenzah f’sitwazzjonijiet differenti – bħat-taħbit tal-ħajja quddiem sitwazzjonijiet ta’ mard – speċjalment meta jkun hemm it-tfal involuti.

Fis-servizz niltaqgħu ma’ Antonella Cuschieri. Meta saret omm għaxar snin ilu kellha ttella’ l-ewwel wild tagħha ta’ ħames xhur l-Ingilterra għall-kura. Għaxar snin ta’ vjaġġi ma jaqtgħu xejn biex bintha tirkupra.

Sitt xhur ilu kellha tifel, li sfortunatament kellu destin kiefer bħal oħtu, hekk kif ta’ tliet xhur diġà ġie operat tliet darbiet.

Aqra aktar

“Jerfa’ Dnubietna” – il-passjoni ta’ Kristu fil-Fgura

Il-knisja l-antika tal-Fgura marret lura għall-epoka ta’ meta Sidna Ġesu’ Kristu ta ħajtu għalina l-Insara.

Jum il-Ġimgħa l-Kbira qed joffri l-aħħar ċans lill-pubbliku – speċjalment dawk li jħobbu ż-żmien tal-Ġimgħa Mqaddsa – biex ipaxxi għajnejh bl-esebizzjoni “Jerfa’ Dnubietna” fi Triq il-Karmelitani fil-Fgura.Aqra aktar

Send this to a friend