Trischia Falzon – Page 2 – One News

Trischia Falzon

Notifiki

Eluf ta’ anzjani jfittxu s-servizz tal-Home Help 

Fl-aħħar xahrejn, mindu feġġ l-ewwel każ ta’ coronavirus f’pajjiżna, daħlu aktar minn għaxart elef telefonata fuq is-servizz tal-Home Help għall-anzjani.

Is-servizzi li taw il-madwar mitejn impjegat tal-Home Help, varjaw minn xiri ta’ ikel, mediċina u ikliet lesti. Kien hemm ukoll domanda qawwija għas-servizz tal-meals on wheels, fejn il-ħaddiema wasslu ikla sħuna u bnina kuljum lill-anzjani.Aqra aktar

Kruċjali li t-tfal iħossuhom siguri fil-pandemija

Ix-xogħol b’imħabba u dedikazzjoni kbira li jagħmlu l-ħaddiema fid-djar tat-tfal f’pajjiżna, kompla jintensifika fi żmien il-pandemija tal-COVID-19. Aqra aktar

Riforma ambjentali fid-Development Planning Fund 

Riforma ambjentali fid-Development Planning Fund se twassal għall-iżvilupp ta’ aktar proġetti ambjentali fil-lokalitajiet f’Malta u Għawdex. Aqra aktar

L-Isptar Mater Dei lest biex jerġa’ jibda jilqa’ l-pazjenti bl-appuntamenti u għall-operazzjonijiet

Il-blokka tal-Outpatients fl-Isptar Mater Dei, u t-teatri u s-swali tal-operazzjonijiet, jinsabu lesti biex mit-Tnejn li ġej, jerġgħu jibdew jilqgħu numru ta’ pazjenti bl-appuntamenti għal bosta servizzi li kienu waqfu temporanjament minħabba l-imxija tal-Coronavirus. Aqra aktar

ARA: Tama għal normalità ġdida

Fil-jum li mmarka xahrejn mindu r-ristoranti u l-istabbilimenti tal-ikel f’pajjiżna kellhom jagħlqu l-bibien tagħhom minħabba l-imxija tal-Coronavirus, l-istess negozji raw xaqq ta’ tama hekk kif mill-Ġimgħa, 22 ta’ Mejju, se jkunu jistgħu jerġgħu jibdew jilqgħu n-nies, anki jekk f’normalità ġdida u b’miżuri ta’ prekawzjoni. Aqra aktar

Send this to a friend