Trischia Falzon

Notifiki

St Peter’s Pool mogħnija bit-turisti

Il-baħar ċar kristall fil-pixxina naturali ta’ St. Peter’s Pool f’Delimara qed jiġbed ’l għajn ta’ bosta, speċjalment turisti, biex illum –il ġurnata din il-bajja qed tkun mogħnija bin-nies.

Forsi qabel is-sajf li għadda ftit kienu dawk li jafu biha, iżda filmat li xxerred online ta’ qabża ta’ kelba sinkronizzata ma’ dik ta’ sidha ġibed l-attenzjoni u l-ammirazzjoni ta’ bosta, u żgur li ta promozzjoni kbira u ta’ bla ħsieb lil pajjiżna.Aqra aktar

Attakk b’sikkina fiċ-ċentru ta’ Londra

Mara nqatlet u ħames persuni oħra weġġgħu f’attakk b’sikkina f’Russel Sqaure fiċ-ċentru ta’ Londra. Il-każ seħħ tard ilbieraħ filgħaxija meta l-pulizija ssejħet fuq il-post b’rapporti jgħidu li kien hemm raġel li kien qed jattakka lin-nies b’sikkina.

Waħda mill-vittmi, mara ta’ sittin sena, ingħatat il-kura fuq il-post iżda kienet iċċertifikata mejta ftit tal-ħin wara.Aqra aktar

Azzopardi ma jiċħadx li jibdlu l-liġi taċ-ċensura għal kif kienet

Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi ma ċaħadx li jekk il-Partit Nazzjonalista jerġa’ jkun fil-Gvern jikkunsidra li jerġa’ jibdel il-liġijiet taċ-ċensura għal kif kienu. Kien one.com.mt li dalgħodu żvela li l-Partit Nazzjonalista jrid jerġa’ jemenda l-liġi biex iġibha kif kienet qabel għaddew riformi importanti fl-aħħar ġimgħat. Aqra aktar

Aġġornat l-avviż ta’ vjaġġar minn u lejn it-Turkija

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin appella biex qabel ma ċittadini Maltin isiefru minn u lejn it-Turkija, jivverifikaw u jikkonfermaw it-titjira tagħhom mal-linja tal-ajru jew l-operatur tal-ivvjaġġar.

Wissa wkoll biex il-passiġġieri jaħsbu kmieni ħalli jmorru l-ajruport fid-dawl ta’ miżuri ġodda ta’ sigurtà li qed jieħdu iżjed fit-tul. Is-sitwazzjoni fit-Turkija jidher li qed tikkalma xi ftit wara l-attentat ta’ kolp ta’ stat fil-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt.Aqra aktar

Se jġib lejn pajjiżna mal-450 ruħ

F’Novembru tas-sena d-dieħla, pajjiżna se jospita l-Kampjonat Dinji tal-Isnooker.

Kampjonat li ilu ma jsir f’Malta mill-1992.

Pedament t’opportunitajiet għal plejers Maltin, li fejn forsi l-assoċjazzjoni ma tkunx taffordja tibgħat numru ta’ plejers barra minn Malta, hawnhekk jistgħu jilagħbu iżjed plejers Maltin – u dan f’kampjonat professjonali.Aqra aktar

“Meta bid-dmugħ f’għajnejja ġrejt lejn l-isptar”

Is-6 ta’ Lulju tal-2006.

Ġurnata li f’ħajjet Matthew Mercieca ħalliet timbru ndellibli, hekk kif missieru tilef ħajtu f’battalja mal-marda tal-kanċer.

Għaxar snin wara, Matthew – magħruf ma’ ħafna bħala il-“Muxu”, kiteb diska għalih. Siltiet minnha, flimkien m’intervista miegħu, se narawha f’dan is-servizz:

Aqra aktar

Il-PA mistennija tiddeċiedi dwar il-Pjazza ta’ Raħal Ġdid

Għada l-Awtorità tal-Ippjanar (PA) mistennija tieħu d-deċiżjoni dwar il-bini tal-pjazza l-ġdida f’Raħal Ġdid. Dan ħabbru ċ-Ċermen tal-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta Silvio Parnis, waqt attività politika f’Birkirkara.

Parnis kien qed jitkellem dwar kif is-sentiment ġenerali tan-nies li jitkellem magħhom, huwa li l-Gvern tassew qed jagħti prijorità lin-naħa t’isfel tal-pajjiż.Aqra aktar

Send this to a friend