Trischia Falzon

Notifiki

Mistenni minn kulħadd minn madwar id-dinja

Wasal iż-żmien mistenni minn kulħadd… u dan mhux biss f’Malta!

Madwar id-dinja bdew iċ-ċelebrazzjonijiet marbuta mal-Karnival, fejn per eżempju fi Pjazza San Mark f’Venezja – belt sinonima ħafna ma’ dawn il-jiem ta’ bluha, eluf ta’ nies ħadu sehem fil-ftuħ grandjuż tal-Karnival.

Akrobati akkumpanjati b’fanali jixgħelu fid-dlam taw spettaklu maġiku biswit il-Grand Canal ta’ Venezja.

Aqra aktar

64 qattus jikkompetu fi Smart City

Kull min iħobb il-qtates żgur li m’għandux jitlef l-64 u l-65 edizzjoni tal-International Cat Show li qed tittella’ fi Smart City f’dan it-tmiem il-ġimgħa.

Attività li ġabet f’pajjiżna wkoll razza speċifika ta’ qattus li qatt ma rajnieh qabel: is-Siberian.

Qtates li oriġinaw mis-Siberja iżda nġiebu f’pajjizna mir-Russja. Jifilħu ħafna t-temp kiesaħ, u huma l-qtates ideali għal min hu allerġiku għalihom.

Aqra aktar

Qtil fil-Marsa

Kellha tkun għodwa mdemmija fil-Marsa meta fil-ħamsa ta’ filgħodu l-Pulizija kienet infurmata b’ katavru mitluq mal-art biswit karozza fit-Triq Simpson.

Il-katavru ma damx ma kien identifikat mit-tpinġijiet fuq idu l-leminija bħala Sylvester Farrugia ta’ 25 sena miż-Żurrieq.

Mill-marki tad-demm li nstabu fil-karozza u l-ħġieġa ta’ wara li kienet imfarrka, jidher li l-vittma kien riekeb fis-seat ta’ wara tal-karozza meta ntlaqat b’tir f’ dahru. Mandanakollu t-tir ma qatlux immedjatament hekk kif jidher li rnexxilu joħroġ mill-karozza iżda ċeda għall-ġrieħi.

Aqra aktar

Ġlieda kontra l-ħin biex isalvaw il-baleni

Voluntiera fi New Zealand għandhom ġlieda kontra l-ħin biex jippruvaw isalvaw għexieren ta’ baleni li nqabdu fuq il-bajja.

B’kollox inqabdu aktar minn erba’ mitt balena, iżda mat-tliet mija diġa mietu, f’dak li qed ikun deskritt bħala wieħed mill-agħar każi ta’ dan it-tip fil-pajjiż.

Aqra aktar

55 SULDAT ĠDID GĦAL MAL-FORZI ARMATI TA’ MALTA

Nhar l-Erbgħa li ġej se ssir il-passing out parade biex jingħaqdu mal-Forzi Armati ta’ Malta, ħamsa u ħamsin suldat ġdid.

Il-preparamenti ilhom għaddejjin, u żorna l-iskola ta’ taħriġ tal-istess Forzi f’Ħal Luqa fejn stajna naraw l-impenn u d-dedikazzjoni li dawn ir-rekluti qed jitħarġu bihom.

Aqra aktar

54 Uffiċjal Korrettiv ġdid għall-ħabs

F’ċerimonja uffiċjali fl-akkademja f’Ta’ Kandja, għadhom kemm ħadu l-ġurament tal-ħatra 54 rekluta, li issa se jiskattaw b’ħidmithom bħala Uffiċjali Korrettivi fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Fil-preżenza tal-Ministru Carmelo Abela, l-amministrazzjoni tal-Ħabs, u l-familjari tagħhom, ħalfu li jsegwu l-ordni u r-regolamenti tal-Faċilità skont dak li titlob il-liġi.

 

Ingħataw ukoll ġieħ rekluti li matul ix-xhur ta’ ħidma intensiva tagħhom, spikkaw fit-taħriġ fiżiku u fis-suġġetti akademiċi.

Send this to a friend