Trischia Falzon

Notifiki

“Gvern b’enerġija aktar minn qatt qabel”

F’intervent telefoniku fuq ONE Radio, il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar tliet temi prinċipali li ddominaw l-aħbarijiet fl-aħħar jiem: l-elezzjoni ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament tal-Partit Laburista, il-bżonn ta’ aktar nisa fil-politika, u l-liġi storika dwar żwieġ indaqs għal kulħadd.

Il-Prim Ministru awgura lill-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne għall-ħatra tiegħu bħala Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament tal-Partit Laburista u allura Deputat Prim Ministru. Qal li jħares ’il quddiem biex wara li fis-sigħat li ġejjin jieħu l-ħatra tiegħu f’kariga li fl-aħħar snin kien qed jokkupa Louis Grech, jaħdem id f’id miegħu għal aktar ġid għal pajjiżna.

Aqra aktar

AĠĠORNAT: Tfajla Rumena titlef ħajjitha wara li ttajret minn taxi

14:55: Il-Pulizija kkonfermat li l-vittma li dalgħodu tilfet ħajjitha f’inċident f’San Ġiljan hi tfajla Rumena ta’ 19-il sena residenti l-Italja.

Aktar Qabel: Il-jum sebaħ fuq nota traġika hekk kif mara tilfet ħajjitha wara li kmieni filgħodu ntlaqtet minn taxi.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-erbgħa u nofs taħt il-mini ta’ Triq Mikiel Anton Vassalli direzzjoni lejn San Ġiljan.

Aqra aktar

“Il-prijorità għall-Gvern Malti fl-aħħar snin kienet li jiġbed lejh kull investiment possibli”

Il-Prim Ministru Joseph Muscat indirizza Summit għall-Intraprendituri li qed jittella’ llum u għada f’lukanda ewlenija f’San Ġiljan – li għalih qed jattendu mal-400 investitur minn madwar id-dinja.

Joseph Muscat tkellem dwar kif tul is-snin, Malta sfruttat il-potenzjal tagħha fid-diversi setturi rispettivi biex ġibdet lejha numru t’investimenti.

Aqra aktar

L-obeżità swiet €36 miljun fl-2016

Rapport li studja n-nefqa kawża tal-problema  tal-obeżità f’pajjiżna matul is-sena li għaddiet, wera kif din laħqet xejn inqas minn sitta u tletin miljun ewro.  Aktar minn kwart tal-popolazzjoni Maltija hija obeża u għalhekk ma kinetx sorpriża li l-istudju ħareġ b’ċifra meqjusa fenomenali.

Ir-rapport, li sar minn PricewaterhouseCoopers, innota ż-żieda ta’ persuni obeżi minn 23%  fl-2002, għal 25%  fl-2015.

Kienet din iż-żieda li xprunat lill-waħda mill-ikbar kumpaniji tas-servizzi f’Malta timbarka fuq proġett biex tistudja l-kawża ta’ din il-pjaga fis-soċjetà Maltija u l-prospetti għal li ġej.

Aqra aktar

Investiment ta’ aktar minn €50 miljun: 680 appartament għal dawk l-aktar vulnerabbli

Ftehim ta’ aktar minn €50 miljun iffirmat illum fil-Ministeru tal-Finanzi bejn il-Gvern Malti, il-Bank Ewropew għall-Investiment, u l-Council of Europe Development Bank, se jfisser l-iżvilupp ta’ 680 appartament għal dawk l-aktar vulnerabbli.

L-appartamenti se jkunu mifruxa fuq sittax-il sit madwar Malta f’Ħ’Attard, f’Ħal Luqa, fis-Siġġiewi, fil-Qrendi, f’Birkirkara, fl-Imsida, fiż-Żurrieq, f’Ħal Kirkop, f’Bormla, fin-Naxxar u f’Ħaż-Żebbuġ.

Ix-xogħlijiet diġà bdew fuq is-siti f’Ħaż-Żebbuġ, f’Ħ’Attard u f’Ħal Kirkop, u l-appartamenti se jvarjaw minn dawk b’kamra tas-sodda waħda, oħrajn b’żewġ kmamar tas-sodod u oħrajn bi tlieta.

Aqra aktar

Suċċess ieħor għall-Isle of MTV

L-artisti ta’ fama internazzjonali li t-Tlieta filgħaxija pparteċipaw fil-ħdax –il edizzjoni tal-Isle of MTV ma ddiżappuntawx.

Il-grinta fuq wiċċ l-ikoni tal-mużika li għal lejla sħiħa ferrħu lill-madwar ħamsin elf Malti u turist li ħonqu l-Fosos tal-Furjana, kienet trasferita fil-folla li żifnet u kantat mad-daqqa tal-mużika b’ġeneri differenti u bi stili li laqtu l-gosti ta’ kulħadd.

Id-diskors ta’ kemm l-artisti tal-lum ma jiswew xejn fejn dawk ta’ snin oħra sfuma fix-xejn, meta minn kmieni wara nofsinhar, bosta żgħażagħ bdew jinġabru fuq il-Fosos.

Għalkemm l-Isle of MTV ma jattirax żgħażagħ biss, iżda persuni ta’ kull età.

Aqra aktar

Ottimiżmu għas-settur tas-servizzi finanzjarji

Fl-aħħar snin, l-ekonomija Maltija kibret b’rata bla preċedent, u s-sistema kif inhi bħalissa qed taħdem.

L-ekonomija hija b’saħħitha, l-ottimiżmu għan-negozji jiddomina, u n-negozjanti jħarsu ’l quddiem b’ambizzjoni għal dak li għadu ġej.

Dan kliem Ed Nusbaum, il-Kap Eżekuttiv ta’ Grant Thornton. Bniedem li kiteb fl-aqwa ġurnali finanzjarji internazzjonali.

Aqra aktar

Ċelebrazzjoni tal-Iftar fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista

F’riċeviment annwali tal-“iftar” li jorganizza l-Partit Laburista flimkien mal-komunità Musulmana f’Malta, ħareġ il-messaġġ t’appell għar-rispett – valur li m’għandux politika, reliġjon jew konfini.

L-attività kienet indirizzata mid-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista Chris Cardona, li stqarr li l-valuri tal-familja, karità u imħabba huma valuri tas-soċjetà kollha.

Aqra aktar

Mediċina b’xejn għall-pazjenti bil-kanċer fil-bużżieqa tal-awrina

Inqas minn tliet ġimghat wara l-elezzjoni, bdiet tieħu l-ħajja l-proposta fis-settur tas-saħħa li fi żmien tliet snin se tara l-mediċini tal-kanċer kollha fuq il-Formularju tal-Gvern.

Il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li l-mediċina Mitomycin-C, li tintuża fuq pazjenti bil-kanċer fil-bużżieqa tal-awrina, se tibda tingħata b’xejn minn nhar it-Tnejn.

Aqra aktar

Send this to a friend