Trischia Falzon

Notifiki

Lura f’Malta wara ħsara teknika… AFFETTWATI NUMRU TA’ TITJIRIET

Bħala prekawzjoni u minħabba raġunijiet tekniċi, it-titjira tal-Air Malta KM394 li dalgħodu telqet minn Malta lejn Amsterdam, irritornat lejn pajjiżna.

L-ajruplan niżel fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta aktar kmieni, u qed jaħdmu fuqu l-inġiniera tal-Air Malta bil-għan li jerġa’ jibda jintuża b’mod normali mill-aktar fis possibli.

L-istess titjira hija skedata li titlaq minn Malta f’12:30.

Aqra aktar

L-Air Malta b’titjiriet lejn il-Malaga mis-Sajf li ġej

Wara nuqqas t’għaxar snin, l-Air Malta se terġa’ tibda ttir lejn Spanja; b’żewġ titjiriet fil-ġimgħa lejn Malaga mis-sajf li ġej.

Din l-aħbar tajba ġiet wara li fl-aħħar jiem, il-linja nazzjonali tal-ajru kkonfermat ir-ritorn lejn Frankfurt fil-Ġermanja u Manchester fl-Ingilterra.

Iċ-Chief Commercial Officer tal-Air Malta qal ma’ ONE News li Malaga hija biss waħda minn sensiela ta’ destinazzjonijiet ġodda għal-linja nazzjonali tal-ajru.

Aqra aktar

Palazzo Ferreria b’faċċata restawrata

Għaxar xhur ta’ ħidma u dedikazzjoni wasslu biex tlesta r-restawr ta’ faċċata ewlenija fil-Belt Valletta : Palazzo Ferreria – binja fi triq prominenti li tara eluf ta’ persuni, Maltin u turisti, jgħaddu minnha ta’ kuljum.

Ir-restawr kien jinkludi tindif, tibdil u tiġdid t’elementi diversi, xogħol fil-ġebel, irħam, ħadid u injam, fost l-oħrajn.

Dan kollu bil-għan li jkompli jispikka d-dettall tal-arkitettura rikka li toffri din il-binja.

Aqra aktar

Jinqerdu aktar minn 11-il miljun sigarett tal-kuntrabandu

F’impjant tar-riċiklaġġ f’Ħal Luqa, id-Dwana qerdet aktar minn ħdax –il miljun sigarett tal-kuntrabandu.
Dan b’ordni segwita minn sentenza tal-Qorti Ċivili, li għandhom jinqerdu 1,050 kaxxa b’10,000 sigarett f’kull waħda, li kienu ddaħħlu pajjiżna fil-Port Ħieles permezz ta’ kontejner fit-tmienja u għoxrin t’April li għadda.

Aqra aktar

REKORD għall-Ajruport – intuża ferm aktar f’temp ta’ sitt xhur

Fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta kien diġà rreġistra aktar minn 2,600,000 moviment tal-passiġġieri – żieda ta’ 20% fuq l-istess perjodu fl-2016.

Dan intqal f’konferenza tal-aħbarijiet li fiha l-Kap Eżekuttiv tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta Alan Borg ħabbar ir-riżultati tal-Ajruport għall-ewwel sitt xhur tas-sena.

L-aktar suq popolari baqa’ r-Renju Unit, u l-Italja, il-Ġermanja, Franza u l-Belġju jsegwu rispettivament.

L-aktar tliet ajruporti li ġabu passiġġieri lejn pajjiżna kienu Gatwick f’Londra, Fiumicino f’Ruma u Fontanarossa f’Catania.Aqra aktar

Send this to a friend