Trischia Falzon

Notifiki

L-anzjani attivi maż-żgħażagħ

Mal-100 anzjan u anzjana li jgħixu fir-Residenza San Vinċenz de Paule, ġrew ġirja ta’ kilometru mad-dawra tal-istess residenza.

Dan bl-għajnuna tal-familjari tagħhom u carers, li lkoll ħadu sehem f’attività organizzata fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali għall-Anzjani; fl-istess waqt li ġie mfakkar il-125 anniversarju mill-ftuħ tal-Faċilità għal Kura fit-Tul f’San Vinċenz.

Magħhom ħadu sehem numru t’atleti żgħażagħ u adulti, li ġrew ġirja ta’ ħames kilometri mat-toroq tal-madwar; fosthom Ħal Luqa, il-Marsa u Ħal Qormi.

Iċ-ċkejknin kienu dawk li taw bidu għall-ġirja, bl-anzjani jsegwu, u wara ftit minuti waslet lura l-ewwel koppja : l-anzjana Doris, u l-carer Oliver.

Hekk kif l-anzjani kollha waslu lura, ingħataw medalja ta’ parteċipazzjoni bħala tifkira ta’ ġurnata li f’temp mill-isbaħ u f’arja friska, xprunat l-anzjanità attiva.

Barack Obama u l-Prinċep Harry b’sorpriża waqt l-“Invictus Games”

L-eks President Amerikan Barack Obama ngħaqad mal-Prinċep Harry, biex flimkien taw sorpriża bil-preżenza tagħhom f’waħda mill-aħħar logħbiet tal-Invictus f’Toronto.

Flimkien żaru t-tim Amerikan tal-basketball magħmul kollu minn persuni f’siġġijiet tar-roti qabel il-logħba kontra Franza.

Barack Obama u Harry, akkumpanjati mill-eks Viċi-President Joe Biden u martu Jill, raw lit-tim jirbaħ bl-iskor ta’ 28 kontra 6.Aqra aktar

Trump iżur 5 pajjiżi fl-Ażja

Ix-xahar id-dieħel, il-President Amerikan Donald Trump se jipparteċipa f’summits reġjonali f’ħames pajjiżi Ażjatiċi.

Fi vjaġġ ta’ 11 il-ġurnata, Trump mistenni jżur il-Ġappun, iċ-Ċina, il-Korea t’Isfel, il-Vjetnam u l-Filippini, flimkien mal-istat Amerikan tal-Hawaii.

Fi stqarrija il-White House ntqal li l-impenji tal-President Amerikan fl-Ażja, se jgħinu biex tkun riżolta l-kwistjoni internazzjonali relatata mat-theddida tal-Korea ta’ Fuq.

Theddida li kompliet teskala fl-aħħar xhur; bil-pajjiż Ażjatiku wettaq is-sitt test nukleari minkejja kundanna internazzjonali.

F’diskors lin-Nazzjonijiet Magħquda aktar kmieni dan ix-xahar, Trump hedded li jeqred lill-Korea ta’ Fuq, fl-istess waqt li ddeskriva l-missjoni tal-mexxej Kim Jong-un bħala suicide mission.

Il-Belġju l-ewwel pajjiż li jagħżel għall-Eurovision

Laura Groeseneken hija l-ewwel kantanta magħrufa li se tikkompeti fil-Eurovision Song Contest 2018 f’Lisbona; li se tkun qed tirrapreżenta lill-Belġju.

Il-parteċipazzjoni tal-kantanta fl-edizzjoni li jmiss tal-Eurovision tħabbret waqt it-talkshow “Van Gils&Gasten”, fejn kantant verżjoni bl-Ingliż tal-kanzunetta rebbieħa tal-Eurovision tas-sena l-oħra “Amar Pelos Dois”.Aqra aktar

Wirja Marjana f’Ħal Luqa

Fl-okkażjoni tal-20 anniversarju mit-twaqqif tas-Sezzjoni Żgħażagħ Ajklieri fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika l-Unjoni ta’ Ħal Luqa, qed tittella’ Esebizzjoni Marjana bl-isem Mater Admirabillis bejn illum il-Ġimgħa 29 ta’ Settembru u l-Ħadd 1 t’Ottubru fis-sede tal-istess Soċjetà, f’Palazz Sant’Andrija.Aqra aktar

Inċident fi stazzjon tal-ferrovija fl-Indja jħalli l-vittmi

22 persuna tilfu ħajjithom u 30 oħra ndarbu f’inċident li seħħ f’Mumbai fl-Indja kkawżat minn iffullar fi stazzjon tal-ferrovija.

L-inċident seħħ f’ħin meta l-aktar ikun hemm nies fl-istazzjon Elphinstone – li jgħaqqad tnejn mill-iżjed rotot prinċipali fil-belt.

Lil’hinn mill-iffullar, ix-xita u l-għargħar kbir li bħalissa hemm f’Mumbai m’għenx is-sitwazzjoni.

Dawk midruba ttieħdu fi Sptar fil-viċin għall-kura meħtieġa.

Kelliem għall-istazzjon qal lill-ġurnalisti li fil-ħin tal-inċident kien hemm numru kbir ta’ nies li daħlu jistkennu mix-xita, fl-istess ħin li oħrajn kienu deħlin u ħerġin mill-istazzjon biex jivjaġġaw.

Imnedija kampanja b’risq Għawdex iktar nadif

Hekk kif Għawdex ikklassifika mal-ewwel 100 destinazzjoni tal-2017 Sustainable Destinations Top 100, il-Ministru Justyne Caruana qalet li dan ifisser li Għawdex għandu potenzjal u allura iktar u iktar għandna responsabbiltà għaż-żamma tal-indafa, kemm għall-Għawdxin infushom kif ukoll għal dawk kollha li jżuruna. Kien għalhekk li l-Ministru għal Għawdex ħabbret investiment ta’ €150,000 f’makkinarju ġdid għat-tindif biex jiġu indirizzati żoni differenti bi sfidi differenti.Aqra aktar

149 applikazzjoni għall-iskema “Nikru Biex Nassistu”

Minn meta tnediet l-iskema “Nikru Biex Nassistu” – li l-applikazzjonijiet għaliha nfetħu fl-1 ta’ Settembru, l-Awtorità tad-Djar irċeviet 149 applikazzjoni – medja ta’ 5 kuljum.

Skema li permezz tagħha, sidien ta’ postijiet jidħlu fi ftehim mal-Gvern għal għaxar snin, biex filwaqt li l-Gvern jikrihom mingħandhom permezz tal-Awtorità tad-Djar, din tgħaddihom b’kirja lil dawk li jeħtieġu akkomodazzjoni soċjali.

L-applikazzjonijiet li daħlu sa issa mistennija jkunu lesti fix-xhur li ġejjin, u oħrajn għadhom taħt kostruzzjoni.

Aqra aktar

Send this to a friend