Fl-aħħar sigħat, fiequ 117-il persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 34 każ minn fost 2,162 test.Aqra aktar

Fl-aħħar sigħat, fiequ 117-il persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 34 każ minn fost 2,162 test.Aqra aktar
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li m’aħniex ’il bogħod milli nneħħu xi miżuri li ddaħħlu fl-aħħar ġimgħat u niftħu l-ekonomija għat-turisti mlaqqmin.
Chris Fearne qal dan waqt il-programm Paperscan il-Ħadd filgħodu fuq ONE, fi sfond ta’ appell kontinwu għall-kawtela.
Qal, “Għad għandna każijiet, jiġifieri qed ikollna mhux mhu qed ikollna xejn ġdid, qed ikollna każijiet ġodda u allura rridu nibqgħu kawti u responsabbli, irridu nibqgħu nżommu mal-miżuri li għandna in place, però bir-rata li tiela’ t-tilqim, m’aħniex ’il bogħod milli nibdew bil-mod il-mod, nnaqqsu minn dawn il-miżuri li ħadna, speċjalment il-miżuri li ħafna f’dawn l-aħħar ġimgħat.”
Kien tifel b’saħħtu mimli enerġija, kulħadd jgħidlu li m’għandux kwiet. Bħal sajjetta fil-bnazzi, tlifnih fi tliet xhur.
Hekk iddeskriviet id-disa’ snin li għex binha, f’ħajja li ntemmet f’qasir il-għomor, Chantelle Pace, omm Miguel, li temm il-vjaġġ tiegħu f’din id-dinja f’Awwissu li għadda.
Fil-kamra tas-sodda tiegħu, mimlija b’memorji li sawrulu l-ħajja qasira li għex, l-omm b’qalb maqsuma qaltilna li kollox beda sena ilu fil-ġimgħa li għalqu l-iskejjel minħabba l-COVID-19, meta l-għalliema ta’ Miguel qaltilhom li tah ħass ħażin.Aqra aktar
Dak li qatt ma stennew id-dilettanti tal-Ġimgħa l-Kbira reġa’ kien realtà, hekk kif għat-tieni sena konsekuttiva, tħassru l-purċissjonijiet fit-toroq u l-funzjonijiet għan-nies fil-knejjes.
Fil-lokalità ta’ Ħal Luqa, fejn il-purċissjoni tmur lura għal madwar mitejn u ħamsin sena, spikkat il-ħemda fil-knisja, fejn din is-sena ġew armati biss tliet vari – tar-Redentur, il-Vara l-Kbira u d-Duluri.
Is-sitt vari l-oħra jinsabu mgħottija b’liżar fil-maħżen, fejn issa ilhom ma jaraw id-dawl tax-xemx għal dawn l-aħħar sentejn.Aqra aktar
Bosta titjiriet skedati għal matul il-jum esperjenzaw dewmien wara inċident fil-mitjar Malti li nvolva ajruplan tal-linja tal-ajru Ryanair.Aqra aktar
Fl-aħħar sigħat, fiequ 94 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 42 każ minn fost 2,361 test.Aqra aktar
Fl-aħħar sigħat, fiequ 101 oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 40 każ minn fost 1,970 test.Aqra aktar
Fl-aħħar sigħat, fiequ 323 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 67 każ minn fost 2,356 test.Aqra aktar
Il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar iżjed miżuri restrittivi għall-perjodu tal-Għid bil-għan li fil-jiem li ġejjin, in-numru ta’ infezzjonijiet ġodda jibqa’ stabbli.Aqra aktar
BirdLife Malta ressqet protest ġudizzjarju fil-Qorti kontra l-Ministru għall-Ambjent, il-Ministru għal Għawdex, u l-Kap tat-Taqsima tar-Regolamentazzjoni għall-Għasafar Selvaġġi talli qed jippjanaw li jiftħu l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa.
B’reazzjoni għal din l-azzjoni legali biex l-istaġun tal-kaċċa ma jiftaħx, il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri fakkar li hekk kif propost mill-kumitat Ornis, l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa jista’ jiftaħ bejn l-għaxra u t-tletin ta’ April.
Fakkar ukoll kif ftit inqas minn sena ilu, l-istess għaqda mhux governattiva fetħet kawża l-Qorti kontra l-Gvern dwar il-ħruġ tal-liċenzji lill-kaċċaturi għall-istess staġun.
Send this to a friend