Stefan Bajada

“Geordie kien maħbub għax kien jaf iħobb” – Sħabu u ħuh jitkellmu dwar il-memorji ta’ miegħu

 Geordie Muscat.

Iż-żagħżugħ deskritt bħala ferrieħi, ċajtier, simpatiku, ħabib ta’ vera u fuq kollox kuraġġuż.

Suldat tal-Forzi Armati ta’ Malta li ftit jiem ilu tilef il-battalja mal-mard fl-età żagħżugħa ta’ sebgħa u għoxrin sena.

Ħajjet Geordie hija kkaraterizzata biss minn pożittività, praspar u memorji kbar flimkien ma’ sħabu u qrabatu u d-daħka fuq fommu.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: Sħana li qed tħalli effett fuq is-siġar taż-żebbuġ

In-nuqqas ta’ xita fit-xitwa u ż-żieda enormi fit-temperaturi fis-sajf qed iħallu l-effetti negattivi tagħhom fuq is-siġar indiġeni, inkluż taż-żebbuġ.

Dan il-fenomenu, li wieħed jista’ jattribwixxih mat-tibdil fil-klima, qed jesperjenzah bħalissa l-bidwi Joseph Spiteri, fejn l-għexieren ta’ siġar taż-żebbuġ li għandu mħawwla f’għalqa fiż-żona tal-Magħtab mhux jagħtu frott.

Ma’ ONE News, huwa spjega x’sab ma’ wiċċu din is-sena.

Aqra aktar

It-Taliban joqtlu uffiċjal tal-midja fl-Afganistan

Id-Direttur taċ-Ċentru tal-Midja u l-Informazzjoni tal-Afganistan inqatel kiesaħ u biered mill-militanti tat-Talban fil-kapitali Kabul.

Ir-raġel inqatel b’tir ta’ senter f’nofs ta’ triq.

Għal dan kollu t-Taliban qalu li hu ġie kkastigat għal għemilu.

Uffiċjali tal-pajjiż spjegaw mal-mida li dan ġara wara li l-militanti ħadu taħt idejjhom il-Belt fin-nofshinar tal-pajjiż dik ta’ Zarani.

Send this to a friend