Stefan Bajada – Page 58 – One News

Stefan Bajada

Notifiki

It-tnaqqis fil-faqar frott il-miżuri tal-Gvern

It-tnaqqis fil-faqar hu frott għadd kbir ta’ miżuri li ħa l-Gvern tul l-aħħar snin.

Filwaqt li hemm miżuri oħra li għad irid jinħass l-efett tagħhom.

Dan kien spjegat f’konferenza tal-aħbarijiet li matulha l-Ministeru għall-Familja u l-Politika Soċjali esprima s-sodisfazzjon għal dawn ir- riżultati.

Mark Musu, Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Politika Soċjali, spjega kif hemm tmienja u sittin (68) miżura fil-baġits tas-snin elfejn u tmintax u ta’ din is-sena li għad irid jibda jkun ikkalkulat l-effett tagħhom.  Aqra aktar

Skola sekondarja aktar moderna għall-istudenti taż-Żejtun


Bdew mexjin ġmielhom ix-xogħlijiet fl-Iskola Sekondarja ta’ Saint Thomas Moore fiż-Żejtun, sabiex b’investiment ieħor qawwi fil-qasam edukattiv, jitkabbar u jimmodernizza l-bini ta’ din l-iskola.

Dan il-proġett tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada huwa mifrux fuq medda ta’ elfejn u ħames mitt metru kwadru u ser jara żieda ta’ 13-il klassi, tmien laboratorji għat-tagħlim tax-xjenza, żewġ klassijiet għall-home economics, u klassijiet għall-inginerija u d-disinn. U sabiex jippreparaw l-istudenti għad-dinja tax-xogħol ser jiġu żviluppati wkoll laboratorji u workshops għal suġġetti vokazzjonali fosthom l-ospitalita` u l-hairdressing.

Il-Perit ressponsabbli minn dan il-proġett, Joseph Attard, spejega ma’ One News ix-xogħlijiet ewlenin u bżonnjużi li ser isiru fir-rinovar ta’ din l-iskola.

Dan il-proġett jinkludi wkoll l-immodernizzar komplet tal-iskola, fejn se ssir aktar aċċessibbli hekk kif ser jiġu installati diversi lifts madwar il-binja.

Intant, alternattiva għal dawn il-klassijiet sakemm jitlesta ix-xogħol fuq il-binja tal-iskola, ser jitpoġġew 8 klassijiet temporanji, li ser ikunu attreazzati bl-apparat kollu neċessarju għat-tagħlim, bħal kwalunkwe klassi oħra.

Il-Perit spjega u għamilha ċara li dawn il-klassijiet temporanji ser ikunu mgħammra bħal klassijiet normali skont kif tgħid il-liġi, sabiex b’hekk l-istudenti kollha li ser jattendu f’din l-iskola fis-sena skolastika li jmiss ikollhom ambjent adekwat sabiex jieħdu l-ogħla tagħlim massimu.

Dawn ser isir ukoll sabiex tinghata priorita` s-saħħa u s-sigurta` tal-istudenti, kif ukoll biex l-istudenti jibqgħu jirċievu t-tagħlim tagħhom f’din l-iskola minflok ma jintbagħtu fi skola oħra.

Ara: Qatel lilu nnifsu wara li qatel żewġt itfal f’festival tal-ikel fl-Istat Uniti

Żagħżugħ qatel lilu nnifsu wara li qatel tliet persuni, fosthom tifel ta’ 6 snin u tifla ta’ 13-il sena, waqt festival tal-ikel fl-Istat Uniti.

Santino William Legan ta’19-il sena, fetaħ in-nar waqt Festival tat-Tewm f’Kalifornja.

L-awtoritajiet qalu li ż-żagħżugħ inqatel mill-pulizija tal-istat, iżda rapporti oħra juri li hu spara lilu nnifsu wara li weġġa’.

L-investigazzjonijiet għad iridu jiddeterminaw il-motiv għall-attakk.

Send this to a friend