Stefan Bajada

Notifiki

Il-PM jgħid li din il-ġimgħa se jiġu implimentati aktar miżuri biex ‘Insaħħu lill-Ħaddiem’

Bl-għajta ‘Insaħħu lill-Ħaddiem’ u fil-ġimgħa li se jiġi ċċelebrat Jum il-Ħaddiem, Il-Prim Ministru Robert Abela fuq Facebook ħabbar li se jiġu implimentati aktar miżuri għall-ħaddiema Maltin u Għawdxin.

Il-Prim Ministru qal li f’xhur fejn pajjiżna ffaċċja pandemija, il-bżulija tal-ħaddiem Malti u Għawdxi kienet kruċjali biex pajjiżna baqa’ miexi ‘l quddiem u saħaq li l-Gvern ra li filwqt li jilqa’ għall-isfidi, jibqa’ jsaħħaħ lill-ħaddiem.

Aqra aktar

Illum jiftħu l-ħwienet mhux essenzjali u f’postijiet pubbliċi se jitħallew gruppi ta’ erba’ persuni

Kif kien imħabbar, illum Malta qed tara ir-rilaxxar ta’ sett ieħor ta’ restrizzjonijiet b’rabta mat-trażżin tal-pandemija Covid-19 f’pajjiżna.

Propju llum jistgħu jiftħu l-ħwienet meqjusa mhux essenzjali, fosthom barbiera u dawk tal-ħwejjeġ. Jistgħu jibdew jingħataw servizzi meqjusa mhux essenjzali, se jkunu permessi grupp ta’ erba’ persuni fil-pubbliku, il-gruppi ta’ persuni li jiltaqgħu fi proprjetajiet residenzjali se jiżdied għal 4 residenzi u l-mużewijiet se jiftħu għall-pubbliku.

Intant, fid-dawl tas-sitwazzjoni pożittiva li għaddejjha minnha Malta b’rabta mal-pandemija, ilbieraħ il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li mill-10 ta’ Mejju fost l-oħrajn se jerġgħu jiftħu r-ristoranti sal-5pm, u jista’ jerġa’ jibda t-taħriġ tal-isport professjonali kollu.

Malti jirnexxielu jaqsam l-Atlantiku bil-qdif għall-kawża ġusta

Wara 51 ġurnata l-atleta Malti Steve Chetcuti wasal fid-destinazzjoni finali, dik ta’ French Guyana fl-Amerika t’Isfel, wara li telaq b’dgħajsa tal-qdif mill-Portugall.

Din l-isfida Chetcuti daħlilha wara li ħuh, Mike, tilef il-battalja mal-kanċer fil-moħħ madwar tliet snin ilu, u parti mill-fondi li nġabru marru għand Hospice Malta.

Aqra aktar

Send this to a friend