Stefan Bajada – Page 4 – One News

Stefan Bajada

Notifiki

Fi tmiem il-ġimgħa estiż li għadda qasmu l-fliegu aktar minn 35,000 persuna


Madwar ħamsa u tletin elf persuna qasmu bejn Malta u Għawdex bil-vapuri tal-Gozo Channel fi tmiem il-ġimgħa estiż li għadda.

Fil-ġranet tal-Ġimgħa, is-Sibt, il-Ħadd, it-Tnejn u t-Tlieta, qasmu wkoll aktar minn erbatax-il elf u ħames mitt vettura.

F’kumment ma’ dan l-istazzjon, iċ-Chairman tal-Gozo Channel, Joe Cordina qal li t-tmiem il-ġimgħa li għadda sa issa kien l-aħjar wieħed ta’ din is-sena għall-kumpanija.

Aqra aktar

Lesti biex jitpaxxew b’pajjiżna, t-turisti daħlu Malta wara li ġiet eżaminata t-temperatura ta’ ġisimhom

Bdew deħlin f’Malta l-ewwel turisti, hekk kif wara tliet xhur illum fetaħ l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Ix-xemx  wkoll qed tilqa’ b’mod mill-isbaħ li jirrifletti l-istaġun sajfi Malti, lit-turisti f’pajjiżna.

Jidher ukoll li diversi Maltin qed jaqbdu l-ajruplan biex imorru għal btala barra minn pajjiżna.

Aqra aktar

Jasal ir-raba’ vapur tal-Gozo Channel l-MV Nikolaos

Il-port Għawdxi tal-Imġarr, l-Erbgħa filgħodu reġa’ ra l-wasla tar-raba’ vapur tal-Gozo Channel, l-MV Nikolaos.

Dan wara li għal aktar minn xahrejn kellu jieqaf jopera minħabba l-imxija tal-virus f’pajjiżna.

Ir-raba’ vapur wasal fi żmien impenjattiv għall-kumpanija hekk kif diversi nies qed jagħżlu biex jaqsmu l-fliegu għal btala. Dan jurih biċ-ċar l-aħħar tmiem il-ġimgħa.

Il-kumpanija Gozo Channel mil-lum se tibda topera bi skeda ġdida adattata għas-Sajf.

Raġel l-isptar wara li nqaleb bit-trailer fil-Marsa

Raġel ta’ 43 sena mill-Ġżira ttieħed l-Isptar Mater Dei wara li nqaleb bit-trailer fil-Marsa.

Il-Pulizija kkonfermat li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-siegħa u nofs tal-Ħadd wara nofshinar meta għal xi raġuni t-trakk inqaleb fi Triq it-Tiġrija li tmiss mal-bypass tal-Marsa.

Fuq il-post tal-inċident immedjatment issejħet ambulanza b’tim mediku flimkien ma’ ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili.

Aqra aktar

Send this to a friend