Stefan Bajada – Page 2 – One News

Stefan Bajada

Notifiki

Il-Prim Ministru Robert Abela jilqa’ lil Michael Mifsud f’Kastilja

Il-Prim Ministru Robert Abela laqa’ fil-Berġa ta’ Kastilja lill-istilla tal-futbol Malti Michael Mifsud li ftit tal-jiem ilu rtira mit-tim nazzjonali tal-futbol bl-aħħar logħba tiegħu tkun partita ta’ ħbiberija kontra t-tim Nazzjonali tal-Liechtenstein, fil-grawnd Nazzjonali f’Ta’ Qali.

Il-Prim Ministru Robert Abela rringrazzjah tas-servizz li ta lit-tim nazzjonali u sostna li l-pajjiż huwa kburi b’dak li rnexxielu jikseb.

Aqra aktar

Titwaqqaf il-Fondazzjoni għat-Trasport

 

Il-Ġimgħa filgħodu twaqqfet il-Fondazzjoni tat-Trasport fi ħdan Transport Malta li se tkun qed taħdem sabiex aktar nies iħarsu lejn is-settur tat-trasport bħala karriera.

Fil-Palazz tal-President f’Sant’Anton iċ-Chairman ta’ Transport Malta Joseph Bugeja spjega l-għan ewlieni ta’ din il-Fondazzjoni.

Aqra aktar

1,324 każ ta’ vjolenza domestika fl-2019 u 998 sa Ġunju ta’ din is-sena

L-Erbgħa filgħodu, fil-Jum Dinji tal-Ġnus Magħquda kontra l-vjolenza domestika bdiet il-kampanja ta’ 16-il ġurnata f’Malta sabiex titqajjem aktar kuxjenza u anke jissaħħaħ l-għarfien dwar din il-pjaga soċjali.Aqra aktar

Żieda fil-persuni li qattgħu lejl jew aktar f’Għawdex

Minn Lulju sa Settembru ta’ din is-sena madwar erbgħa u għoxrin elf u ħames mitt persuna (24,480) għażlu li jqattgħu lejl jew aktar f’post ta’ akkomodazzjoni f’Għawdex u Kemmuna, inkluż f’lukandi.Aqra aktar

Jonqsu bin-nofs l-ordnijiet ta’ ħarsien

Il-ħidma sfieqa tal-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, l-FSWS, wasslet biex naqsu bin-nofs l-ordnijiet ta’ ħarsien fil-familji Maltin u Għawdxin.

Qal dan il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Alfred Grixti, fejn ma’ dan l-istazzjon spjega li huma primarjament jaraw li jedukaw u jsaħħu l-familji fis-soċjetà Maltija.Aqra aktar

Jidħol fl-aħħar fażi x-xogħol fuq is-sit tal-Housing Soċjali ġdid f’Ħaż-Żebbuġ

Daħal fil-fażi finali x-xogħol fis-sit tal-housing soċjali ġdid fi Triq il-Qolla f’Ħaż-Żebbuġ b’investiment ta’ seba’ mija u għoxrin elf ewro. Investiment li se jagħmel id-differenza għal tmien familji oħra.

Tħabbar dan fi żjara li għamel il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes fuq is-sit tal-kostruzzjoni, fejn spjega kif wara li issa tlestew ix-xogħlijiet tal-ġebla bdew ix-xogħlijiet tal-mgħoddija tas-servizzi.Aqra aktar

Send this to a friend