Stefan Bajada

Notifiki

Il-Madonna Ta’ Pinu fl-Art Imqaddsa

Id-Djoċesi t’Għawdex bħalissa tinsab f’pellegrinaġġ djoċesan fl-Art Imqaddsa, fejn aktar minn 150 pellegrin ingħaqad mal-Isqof Mario Grech u l-patrijiet Franġsikani biex jaraw b’għajnejhom l-postijiet fejn għix Kristu.

Aqra aktar

Kunċert tal-Eżaltazzjoni tas-Salib f’Għawdex

Għall-festa liturġika tal-Eżaltazzjoni tas-Salib l-orkestra ‘Santa Ċeċilja’ ser ittella’ kunċert mużikali bl-isem ta’ ‘L-Armonija tas-Salib.’

L-orkestra ‘Santa Ċeċilja’ taħt id-direzzjoni tas-Surmast Antoine Mercieca ser tkun qed tfakkar is-Salib ta’ Kristu fl-14 ta’ Settembru fi Knisja Savina fis-19.30.

Dan ser isir permezz ta’ kunċert b’kollaborazzjoni mal-Kunsill tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.

F’dan il-kunċert ser jiġu esegwiti siltiet mużikali ta’ Możart, Caccini, Mercieca fost oħrajn. Ser jinqraw ukoll xi poeżiji b’rabta mal-istrumenti tal-passjoni miktuba mill-poetessa Għawdxija Mary Meilak.

Festival tal-isport b’kuxjenza fuq is-saħħa mentali

Għal darb’oħra, iż-żgħażagħ tar-raħal pittoresk tal-Fontana f’Għawdex se jtellgħu l-Festival tal-Isports, bit-tema tkun is-saħħa mentali.

B’kollaborazzjoni mal-Paroċċa tal-Fontana flimkien mal-Ministeru għal Għawdex, il-Kummissjoni Żgħażagħ Fontana se jiddedikaw il-Festival tal-Isports ta’ din is-sena biex iqajmu kuxjenza dwar l-istigma li hawn fuq is-saħħa mentali. Aqra aktar

Send this to a friend