Stefan Bajada

Notifiki

Mhux ħatja li tajret u darbet żewġ anzjani

Alexia Caruana Coppola ma nstabietx ħatja li tajret u darbet żewġ anzjani fi Triq in-Naxxar f’Birkirkara sitt snin ilu.
Il-każ seħħ fl-2012 waqt li x-xufiera tajret liż-żewġ nisa anzjani fi triqthom għal coffee morning.

L-anzjani huma Elizabeth Grech u Pauline Bruno, fejn ta’ l-ewwel sofriet ġrieħi gravi filwaqt li l-anzjana l-oħra ndarbet ħafif.Aqra aktar

Qattus jidħol jieħu nagħsa f’vetrina tal-ħanut tal-ħwejjeġ

Ritratt li qed idur fuq il-midja soċjali bħalissa qed inissel tbissima fuq fomm bosta, hekk kif qattus jidher rieqed f’vetrina ta’ ħanut f’Malta.

Ġest li żgur nisel għasel ma’ bosta, hekk kif fiż-żmienijiet xitwin li riesqin fuq pajjiżna, kulħadd ikollu bżonn naqra kenn u sigurtà mill-elementi. Tant, li ħafna juru tħassib minħabba annimali mingħajr dar li mhux dejjem isibu kenn f’dawn iż-żmienijiet.Aqra aktar

Esperiment xjentifiku għal fjuwil li ma jniġġisx l-arja


Id-dinja tagħna tiswa mitqlu deheb u jeħtieġ nibżgħu għaliha.

Dan kien is-sentiment espress waqt edizzjoni oħra tal-kompetizzjoni ta’ Malta Junior Science Olympiad, bit-tema ta’ din is-sena tkun l-enerġija rinovabbli fosthom fjuwil li jħammeġ l-inqas.

Din is-sena, din il-manifestazzjoni tax-xjenza fl-aqwa tagħha ġiet organizzata fl-iskola sekondarja ta’ Ħad Dingli, fejn 75 student tal-ħames sena sekondarja li ġejjin minn 25 skola differenti minn Malta u Għawdex, ipparteċipaw bi sħiħ.Aqra aktar

Pjan finanzjarju għal wara l-irtirar

Hekk kif fl-2017, il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u s-Solitarjetá Soċjali nieda l-istrateġija tal-irtirar u l-kapaċitá finanzjarja, illum ġie mniedi stħarriġ mill-Organizzazjoni għall-Iżvilupp Ekonomiku dwar il-litteriżmu finanzjarju. B’dan l-istħarriġ wieħed jistgħa jara kif il-poplu Malti jieħu deċiżjonijiet dwar kif iqassmu flushom.Aqra aktar

Send this to a friend