Stefan Bajada

Notifiki

Djar aktar attivi għall-anzjani

Tnediet il-kampanja Making Homes Fun, kampanja mmirata apposta sabiex anzjani li jgħixu f’diversi djar tal-anzjani f’Malta jibqgħu attivi f’kull ħin u f’kull mumet tal-ġurnata.

Dan ser isir permezz ta’ diversi attivitajiet differenti organizzati minn carers u helpers ddedikati u mħarġa professjonalment. L-attivitajiet b’xi mod jew ieħor ser jolqtu l-gosti jew talent tal-anzjani, fosthom attivitajiet fejn jidħol l-ikel u tisjir, tpinġija, suf u anke sports.Aqra aktar

“It-300 immigrant mhux ser jibqgħu kollha Malta” – Il-Ministru Michael Farrugia

Il-Bastiment Sea Watch 3 flimkien mal-bastiment Professor Albrecht Penck – li fuqhom b’kollox hemm disgħa u erbgħin immigrant li ġew salvati – għadhom jistkennu ftit ’il barra mill-kosta Maltija.

Il-bastimenti bl-immigranti ġew interċettati qrib il-Libja ftit qabel il-Milied, u wara li ġew irrifjutati mill-Libja kif ukoll mit-Tuneżija, it-tieni l-eqreb pajjiż, ġew irrifjutat wkoll mill-Italja, li tiġi t-tielet l-eqreb pajjiż qabel Malta.

Aqra aktar

Anzjana li tilfet lil kulħadd adottata minn ‘anġlu’

“M’għandi lil ħadd jien, kollha mietu, iż-żewġ familji, waħdi”.

Din hija Josephine Falzon, anzjana dħulija u b’enerġija żagħżugħa ta’ 84 sena mill-Imsida, li ilha għal dawn l-aħħar 40 sena tgħix waħedha.

Emozjonata, Josephine qaltilna li l-festi ta’ matul is-sena fosthom il-Milied, li suppost iġib ferħ lil ħafna, dejjem iċċelebratu waħidiha qalb l-erba’ ħitan tad-dar li kienet tgħix fiha qabel ma’ daħlet tgħix f’dar tal-anzjani.

Iżda ftit tax-xhur ilu Josephine li kienet tħossha maqtugħa mis-soċjetà, ħadet il-ħajja permezz tal-inizjattiva Adopt a Granny. Fil-fatt, Josephine sabet il-wens f’Angele Pace, l-anġlu, hekk kif iddeskrivitha l-anzjana, li fil-ħin liberu tagħha tqatta’ il-ħin iżżommilha kumpanija.Aqra aktar

Il-Gvern se jinvesti €23 miljun għat-tisħiħ fil-qasam tal-persuni b’diżabilità

Mill-bidu ta’ Jannar daħlu fis-seħħ għadd ta’ miżuri li tħabbru fil-Budget għal din is-sena li se jkomplu jtejbu l-livell tal-għajxien tal-persuni b’diżabilità.

B’investiment ta’ €23 miljun, jiġifieri €4 miljun aktar mis-sena l-oħra, il-Gvern se jkompli jwettaq fażi oħra tar-riforma fl-Assistenza għall-Persuni b’Diżabilità.

L-ewwel miżura li se tidħol fis-seħħ hi ż-żieda fil-benefiċċji li se tingħata lill-persuni b’diżabilità li daħlu fid-dinja tax-xogħol u anke l-persuni b’diżabilità severa u li assolutament ma jistgħux jaħdmu. Dan il-benefiċċju se jiżdied minn €140 għal €150 fil-ġimgħa. Minbarra hekk l-iskema se tiġi estiża għal 600 persuna oħra.Aqra aktar

ARA: Se jkollna temperaturi għoljin u ftit xita f-2019

Is-sena l-ġdida bdiet kważi kif spiċċat dik ta’ qabilha b’temp kiesaħ ixoqq il-għadam. Fil-fatt b’temperatura ta’ disa’ gradi celcius, il-jum ta’ Ġimgħa li ġej mistenni jkun l-aktar wieħed kiesaħ għal din ix-xitwa. Dan hekk kif arja kiesħa minn fuq it-Tramuntana tal-Ewropa se tersaq lejn iċ-ċentru tal-Mediterran.

L-Uffiċċju Meterjoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qal li s-sena li għaddiet kienet l-aktar waħda b’maltemp. Dan partikolarment fil-jiem sħan tas-sajf tant li għal għaxart ijiem sħaħ, il-Maltin ħarġu l-umbrellel biex jilqgħu għal xita qliel.

Mark Vella Gera, bassar tat-temp mas-sit lokali Malta Weather, stqarr ma’ One News li għalkemm uħud, l-aktar id-dilettanti tal-Karnival ma ħadux gost bix-xita li niżlet fi Frar tas-sena l-oħra, din ix-xita kienet ferm importanti għall-gżejjer Maltin għax naqset ftit min-nixfa li kellna f’dawn l-aħħar tliet snin.Aqra aktar

Soru tagħmel l-ostji ħdejn il-maxtura f’presepju ħaj f’Għawdex

Jekk wieħed f’dawn il-jum ta’ festi żar il-presepju ħaj li jinsab fil-komunità ta’ Ġesu Nazzarenu fix-Xagħra Għawdex, ra personaġġ mhux tas-soltu. Ħdejn il-Madonna, San Ġużepp u Ġesù tarbija, kien hemm soru Franġiskana tagħmel l-ostji.  Fil-kuvent tas-Sorijiet Franġiskani li jinsab fix-Xagħra stess hemm bħalissa erba’ sorijiet. Aqra aktar

Ara: Waqt li int qed tiċċelebra, huma jippreparawlek ikla tajba għal għada!

Waqt li ħafna se jqattgħu dan il-lejl mal-familja jew jiddevertu mal-ħbieb f’atmosfera mill-isbaħ biex issellmu lis-sena 2018 u jilqgħu s-sena l-ġdida, diversi ħaddiema, speċjalment dawk fl-istabbelimenti tal-ikel, ser iqattgħu dan il-lejl bħal jiem l-oħra, għax hekk jirrekjedi xogħolhom.

One News żar lukanda ewlenija f’San Ġiljan fejn il-preparamenti għall-ikla u anke għal-attivitajiet ta’ tmiem is-sena kienu għaddejjin ġmielhom.Aqra aktar

Jitlesta x-xogħol fuq il-foss fid-daħla tal-Belt

Waslu fit-tmiemhom ix-xogħlijiet ta’ riġenerazzjoni fil-foss tad-daħla tal-Belt li nbidel fi ġnien miftuħ li se jissemma għall-Arkitett Francesco Laparelli.

Il-foss li għal diversi snin kien fi stat ta’ telqa kbira, inbidel ta’ taħt fuq f’żona ta’ rikreazzjoni mill-isbaħ għall-familji biex iqattgħu ħin ta’ mistrieħ.

Il-foss, li ra l-istorja tal-bini tal-Belt biċċa biċċa, huwa maqsum f’diversi żoni u ħoloq bilanċ tajjeb bejn spazji ħodor u spazji miftuħa fejn il-pubbliku jista’ japprezza l-fortifikazzjonijiet tas-swar tal-Belt kemm mill-foss u kemm minn Pjazza Tritoni.Aqra aktar

Send this to a friend