Stefan Bajada

Notifiki

Imħabbar proġett ieħor għall-Marsa-Ħamrun Bypass

Il-Ministru għall-Infrastruttua Ian Borg ħabbar proġett ieħor ambizzjuż u bżonnjuż għall-Marsa-Ħamrun Bypass – proġett li ser itejjeb id-diversi konnessjonijiet bejn din l-arterja u d-diversi lokalitajiet fl-inħawi.

Dan il-proġett, ippreżentat mill-Aġenzija Infrastruttura Malta, se jikkumplimenta x-xogħlijiet b’investiment ta’ ħames miljun ewro li saru s-sena l-oħra għall-bini mill-ġdid ta’ din il-bypass.Aqra aktar

“Jien lest li npoġġi fuq mejda u niddiskuti”- il-Ministru Joe Mizzi dwar il-kwistjoni tal-pompi tal-petrol

Il-Ministru għall-Enerġija Joe Mizzi qal li l-Gvern lest li jerġa’ jpoġġi fuq il-mejda u jiddiskuti mas-sidien tal-pompi tal-petrol dwar il-kwistjoni tal-għajnuna li qed jitlbu biex ilħaqqu mal-ħtiġijiet infrastrutturali.

F’kummenti ma’ ONE NEWS wara li l-GRTU qalet li s-sidien qed jikkonsidraw li jistrajkjaw jekk ma jkunx hemm żidiet fil-qligħ mill-fjuwil, il-Ministru saħaq li mhu ser jieħu l-ebda deċiżjoni li ser tkun ta’ detriment għall-konsumatur.Aqra aktar

Imniedi sit elettroniku apposta għal persuni b’diżabilità

Il-fondazzjoni Inspire u l-Fondazzjoni Richmond nedew pjattaforma online, magħrufa bħala Know Your Rights, sabiex persuni b’diżabilità kif ukoll dawk li jieħdu ħsiebhom, ikollhom aktar aċċess sabiex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom.

F’dan is-sit online, il-persuni b’diżabilità għandhom it-tweġiba għal 78 mistoqsija dwar bosta servizzi li jistgħu jibbenefikaw minnhom fosthom dak ta’ Learning Support Educator.Aqra aktar

Pjan biex jinbena breakwater ġdid f’Marsalforn

Bi breakwater ġdid u xogħlijiet ta’ tisbiħ mal-kosta, il-bajja ta’ Marsalforn se joffri esperjenza isbaħ u iktar pożittiva għar-residenti u dawk li jżuru din iż-żona.

Saħqet dan il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana, li ddeskriviet il-proġett tal-break water bħala proġett kbir u ferm importanti li jifforma parti mill-masterplan ambizzjuż għal Marsalforn.Aqra aktar

Jinżamm arrestat wara li nqabad jisraq minn diversi karozzi madwar Malta

Christopher Borg ta’ 39 sena minn Ħ’Attard baqa’ jinżamm arrestat wara li ġie akkużatt li bejn il-21 ta’ Diċembru tas-sena l-oħra u s-17 ta’ Jannar ta’ din is-sena, wettaq diversi serqiet minn karozzi f’lokalitajiet differenti madwar Malta.

Borg ammetta l-akkużi miġjuba kontrih mill-Prosekuzzjoni, li tmexxiet mill-ispettur Roderick Agius. Fost dawn l-akkużi kien hemm diversi serqiet li wettaq minn vetturi differenti f’Ħal Qormi, f’Ħaż Żebbuġ, f’Ħ’Attard kif ukoll fis-Siġġiewi, fejn l-ammont ta’ dawn jammonta għal €116.47

L-avukat difensur Joseph Brincat qal li Borg għandu prospetti kif ukoll problemi, fosthom dik tad-droga. Żied jgħid li Borg lest li jibda l-programm iżda ma jixtieqax imur il-ħabs. Kompla, billi qal li Borg diġà esperjenza tliet snin ħabs, u li bniedem bħal dan ma nagħlmuhx billi nibgħatuh il-ħabs għax b’hekk ma jissolva xejn.

Min-naħħa tagħha, il-prosekuzzjoni qalet li hi konxja li Borg għandu bżonn jagħmel il-programm, iżda fakkret ukoll li l-akkużat ġa prova jagħmlu iżda ma rnexxilux.

Quddiem il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Monica Vella, l-akkużat wera x-xewqa li jibda l-programm fl-Oasi f’Għawdex.

Il-Maġistrat talbet għal pre-sentencing report fi żmien 15-il ġurnata u ddiferiet il-kawża għall-1 ta’ Frar.

ARA: “Alla żejjen ħajjet Leli b’ħafna doni”- Qraba u ħbieb isellmu lil Leli l-Pejsa għall-aħħar darba

Erbat ijiem wara l-mewta traġika tiegħu, Leli Grech magħruf ma’ ħafna bħala l-Pejsa, is-Sibt filgħodu ngħata l-aħħar tislima fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġiljan.

Iċ-ċelebrant ewlieni tal-funeral, Dun Ġwann Galea, li kien ukoll qrib ħafna l-familja Grech, faħħar bis-sħiħ il-ħidma ta’ Leli f’din id-dinja, fejn qal li Alla żejjen lil ħajtu b’ħafna doni, fosthom l-għaqda li kien iżomm fil-familja:

“Kunu dejjem preparati, qalilna Ġesù, għax ma tafux la l-jum u lanqas is-siegħa meta se nseħilkom. U l-każ ta’ Leli huwa propju eżempju ċar ta’ dak li qalilna Ġesù. Ma tafux, la l-jum, la s-siegħa, u lanqas iċ-ċirkostanzi”.

Leli, li kellu 65 sena u kien joqogħod Ħaż-Żebbuġ, tilef ħajtu b’mod traġiku t-Tlieta filgħodu wara li waqa’ żewġ sulari waqt xi xogħol tat-tqegħid ta’ madum li kien qed jagħmel ma’ ibnu f’kumpless tax-xiri fil-Ħamrun.

Residenti f’Kordin se jibdew jagħżlu x’se jieklu

Il-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia, ħabbar li fil-ġimgħat li se jidħlu fis-seħħ għadd ta’ bidliet importanti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Il-Ministru qal li lejn l-aħħar tax-xahar se tidħol fis-seħħ sistema ġdida tal-ikel fejn ir-residenti ser jkollhom l-opportunità li jagħżlu huma l-ikel minn menu li se jinbidel kuljum. Dan wara li ttieħdet id-deċiżjoni li l-ikel ma jibqax jissajjar fil-ħabs.Aqra aktar

Send this to a friend