Stefan Bajada

Notifiki

L-Awrat, il-BOV u Sort it Out jiddominaw il-Karnival Spontanju tan-Nadur

It-Tieni jum tal-Karnival spontanju fin-Nadur kien iddominat b’kostumi oriġinali u kreattivi sabiex ifakkru jew anke jiddieħku b’avvenimenti li ġraw f’Malta riċentament u li żgur ser jibqgħu f’moħħ il-poplu.

Fost dawn insibu l-aktar avveniment riċenti, dak li ġabet magħha l-Grigalata, ammont kbir ta’ awrat kemm fl-art kif ukoll fil-baħar.

It-tieni kostum li ddomina kien ta’ nies lebsin ATM’s tal-BOV, dan sabiex ifakkru l-ġrajja ta’ ftit ġimgħat ilu ta’ meta kien hemm attentat ta’ hacking fis-sistemi tal-BOV.

It-tielet kostum li ddomina kien dak ta’ Sort it Out, b’diversi nies jippromovu din il-kampanja jew anke jiddieħku biha, wara li anke ddominat il-midja lokali għal dawn l-aħħar ġimgħat…tinsiex, Sort it Out!

Fost dawn, insibu wkoll kostumi oħra oriġinali u kreattivi. Insibu dawk li libsu ta’ karrattri ta’ serje barranin, fosthom Money Heist u l-Puffi.

Kostumi ta’ ikel, sorijiet, politikanti internazzjonali u lokali wkoll kienu fost il-folla tal-Karnival Spontanju tan-Nadur.
 

Raġel jifqa’ bieb ta’ ħanut f’Ta Sliema

Xena mhux tas-soltu fi triq ewlenija f’Tas-Sliema meta raġel deher jifqa’ bieb ta’ ħanut b’daqqiet ta’ sieq quddiem bosta nies fosthom turisti.

Filmat tal-inċident mibgħut lil one.com.mt juri lir-raġel jagħti bis-sieq fuq il-bieb tal-ħġieġ li kien magħluq. Wara li rnexxielu jiftħu huwa deher dieħel fil-ħanut u jimbotta persuna li kien hemm fil-ħanut li pprovat tirreżistih.

Aqra aktar

Ħsarat kbar fin-Nofsinhar ta’ Malta

Waqt li l-Gvern għaddej b’evalwazzjoni tal-ħsarat li kkawżat il-maltempata fi tmiem il-ġimgħa li għadda, matul il-jum tat-Tlieta kompla x-xogħol biex jitneħħa kull xorta ta’ periklu mit-toroq ta’ f’Malta u Għawdex li l-agħar grigalata li laqtet lill-gżejjer Maltin mill-elf disgħa mija u tnejn u tmenin.

Aqra aktar

Miexi ġmielu x-xogħol fuq iz-zuntier tal-Knisja taż-Żejtun

Mexjin ġmielhom ix-xogħlijiet li għaddejjin bħalissa fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali taż-Żejtun, b’investiment ta’ madwar tlett mitt elf ewro.

Din il-bidla mill-isbaħ, li qed issir mill-ħaddiem fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura, ser twassal sabiex iż-Żwieten igawdu minn spazju aktar komdu.

Il-Perit responsabbli minn dan il-proġett, Antoine Sapiano, spjega ma’ One News li x-xogħol ewlieni ma jinvolvix biss it-tibdil  tal-pavementar ta’ dan il-misraħ, iżda wkoll li ser isiru xogħlijiet oħra ferm interessanti li ser jippreservaw karrateristika Maltija. Il-Perit żied jispjega li waqt ix-xogħlijiet instabu affarijiet li ma kinux qed jistennew, fosthom fuħħar.

“Ser issir water feature speċi ta’ repplika ta’ għajn tal-ilma li kien hawn fil-passat. Intant fil-proċess tax-xogħol instabu xi affarijiet antiki bħal pereżempju ġwiebi, iktar minn wieħed. Il-ġibju il-kbir li nstab ser jitħalla aċċess permanenti għalih u kemm jista’ jittieħed ilma minnu kif ukoll jiġi rrestawrat,” is-Sur Sapiano.

Fost dawn ix-xogħlijiet insibu wkoll twaħħil ta’ faċilitajiet oħra bħal gradilji tal-ilma tax-xita, pavimentar tal-bankini madwar il-kantuniera, rampa li twassal għal faċilitajiet sanitarji, bini mill-ġdid tat-turġien li jwasslu għaz-żuntier u għamara ġdida  u sistema ta’ dawl ġdida li se tixgħel il-faċċata tal-Knisja ddeddikata lil Santa Katarina.

Il-Ministru għall-Infrastruttura, Ian Borg qal li dan l-investiment se jservi biex itejjeb il-kwalità tal-ħajja tar-residenti fiż-Żejtun.

“Naraw li din l-infrastruttura tkun tista tospita mhux biss attivitajiet reliġjużi imma anke soċjali u dawk informali tan-nies li jgħixu hawnekk. B’hekk inkunu qed intejbu anke l-kwalità ta’ ħajja illi wieħed jista’ jgħix fil-komunità tiegħu,” qal il-Ministru Borg.

Żied jgħid li wieħed għandu japprezza l-wirt arkitettoniku ta’ din iż-żona, għax fiha ser tgħaqqad il-knisja u l-oratorju li jmorru lura għas-seklu tmintax u ċentru parrokkjali li jmur lura għas-snin ħamsin.

Il-Ministru Borg żied jgħid li x-xogħol simili għaddej fuq iz-zuntier tal-Parroċċa tal-Mellieħa, li qed isir b’investiment ta’ madwar erbgħin elf ewro.

 

Send this to a friend