Stefan Bajada – Page 110 – One News

Stefan Bajada

Notifiki

ARA: Jinfetaħ in-Night Shelter tal-anzjani f’Għawdex

Waqt iċ-ċerimonja ta’ inawgurazzjoni, il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet kif dan il-proġett twieled mill-ħolma ta’ Dun Anton Refalo Rapa. Wara ftehim li ġie ffirmat bejn il-Gvern u l-Knisja ssoktat it-tlestija tal-proġett b’faċilità state of the art li ser tipprovdi servizzi għall-anzjani fil-komunità.
Aqra aktar

Night Shelter ġdid f’Għawdex għall-anzjani

Fir-raħal pittoresk tax-Xagħra Għawdex, fil-komunità ta’ Ġesu Nazzarenu, ser jinfetaħ ‘Night Shelter’ ġdid li joffri opportunità lill-anzjani li matul il-jum jgħixu fid-dar tagħhom u filgħaxija jsibu l-kenn u l-wens f’dan iċ-ċentru fejn iqattgħu l-lejl.

Apparti minn ‘Night Shelter’, il-post se jservi wkoll bħala Ċentru Pastorali fejn fih ser jilqa’ parruċċani għall-ħtiġijiet spiritwali, pastorali u soċjali. Aqra aktar

Lanqas bieba ma felħuha tagħlaq!

Bħalissa fuq il-midja Ingliża għaddejja kontroversja dwar att umli li għamlet id-Dukessa ta’ Sussex Meghan Markle.

Id-Dukessa lbieraħ attendiet għall-ewwel avveniment waħedha minn mindu ingħaqdet mal-Familja Rjali.

Fuq filmat id-Dukessa dehret tgħalaq il-bieba tal-karozza hi, att li jmur kontra l-protokol ta’ persuna importanti bħalha.

Kienu ħafna li faħħru lil Markel, però kien hemm oħrajn li ma felħux jaraw dan.

Aqra aktar

Ix-Xelter għall-anzjani f’Għawdex wasal biex jinfetaħ

Nhar is-Sibt li ġej fix-Xagħra Għawdex se jinfetaħ iċ-Ċentru Pastorali u ‘Night Shelter’ li fih ser jospita anzjani li jispiċċaw waħedhom bil-lejl.

Wara ftehim li sar bejn il-Knisja u l-Istat, kien deċiż li s-servizz kollu ta’ dan ix-xelter jiġi mħallas mill-Gvern, filwaqt li l-bini u l-installar tal-ilma u d-dawl sar peremezz ta’ volontarjat u karità.Aqra aktar

Send this to a friend