Stefan Bajada

Notifiki

Tiffranka l-ħabs fl-istadju tal-appell wara li frodat eluf ta’ ewro lill-eks sieħeb tagħha

Il-Qorti tal-Appell bidlet is-sentenza ta’ Alexia Cross ta’ 42 sena fuq frodi u b’hekk issa mhux se tintbagħat tliet snin ħabs u minflok weħlet sentenza ta’ ħabs sospiżi.

Il-mara kienet ammettiet li ħadet wieħed u sebgħin elf ewro lil raġel li kienet miegħu u li fflasifikat xi firem biex tiġbidlu l-flus mill-bank.

Quddiem l-Imħallef Giovanni Grixti, Cross qalet li hija kkoperat mal-Pulizija filwaqt li ammettiet mal-ewwel u b’hekk għandha tingħata sentenza mhux ta’ ħabs.

Hawnhekk intqal ukoll li hija ġa ħalset parti mill-ammont li serqet.

L-Imħallef ikkunsidra li l-mara qed tirriforma ruħa, li hemm bil-miktub li l-vittma se jkun qed jieħu l-flus lura kull xahar u li l-vittma se tapplika għall-parole.

Kampanja biex jiġbru l-iskart mill-baħar

Tyres, fliexken tal-ħġieġ, bottijiet u biċċiet tal-ħadid kienu fost l-affarijiet li nstabu taħt l-ilma fix-xatt tal-Isla waqt kampanja ta’ tindif minn Parks Malta u l-Aġenzija tal-Ilma.

F’xemx tiżreġ bosta bugħaddasa u voluntiera oħra xammru l-kmiem sabiex bħala parti mill-kampanja li bdiet fil-ġimgħat li għaddew fuq l-art issa jnaddfu u jsebbħu l-ibħra Maltin.Aqra aktar

Is-sajjied dilettanti jistgħu jistadu għal-lampuki b’għajnuna mill-Gvern

Hekk kif qed joqrob  il-bidu tal-istaġun tal-lampuki, il-Gvern se jagħti lis-sajjieda dilettanti numru ta’ rimji u ċimi tal-lampuki madwar il-kosta ta’ Malta u Għawdex, u b’hekk issa dawn jistgħu jibdew jagħmlu din is-sajda tradizzjonali.

Ħabbar dan f’konferenza tal-aħbarijiet fir-raħal tas-sajjieda, dak ta’ Marsaxlokk, il-Ministru għas-Sajd Anton Refalo, fejn saħaq kif dawn is-sajjieda, meqjusa dilettanti, ma jistgħux jikkumerċjalizzaw is-sajda tal-lampuki.

Aqra aktar

Send this to a friend