Simeon Nechev – Page 7 – One News

Simeon Nechev

Notifiki

“Ma kinux jafu fejnha Malta imma issa jafuha bħala pajjiż li mar tajjeb ħafna fil-pandemija” – Studenta tal-Mediċina li kitbet ktieb dwar l-effetti tal-Covid-19

Kitbet artiklu dwar il-Coronavirus f’ġurnal lokali u ftit jiem wara ġiet avviċinata biex tkun parti minn tim minn madwar id-dinja li se jikteb ktieb dwar il-pandemija tal-Coronavirus.

Din hi l-esperjenza ta’ Rebecca Caruana, studenta Maltija tal-mediċina ta’ 23 sena li hi waħda fost l-erba’ awturi minn madwar id-dinja ta’ dan il-ktieb diġitali mimli tagħrif, fatti u kurżitajiet mill-aspett mediku dwar dan il-virus li waqqaf ħesrem lid-dinja kollha. Aqra aktar

Jitkellem iċ-Charge d’Affaires tal-Ambaxxata Amerikana dwar it-traġedja ta’ Floyd

Pulizija Amerikan ta’ karnaġġjon abjad b’irkupptejh fuq għonq suspettat ta’ karnaġġjon skur, b’dan tal-aħħar itenni għal minn tal-inqas disa’ darbiet li ma jistax jieħu nifs sakemm tilef ħajtu.

Dan kien il-filmat li dar id-dinja u ddomina x-xena internazzjonali fl-aħħar ġimgħa u nofs. Aqra aktar

Il-benefiċċju tal-ġenituri biex jibqgħu d-dar jieħdu ħsieb it-tfal se jibqa’ sat-3 ta’ Lulju

Il-benefiċċju għall-ġenituri li kellhom jibqgħu d-dar biex jieħdu ħsieb it-tfal waqt li l-iskejjel kienu magħluqa u l-benefiċċju għal dawk li tilfu xogħlhom b’konsegwenza diretta tal-imxija tal-Coronavirus se jibqgħu jingħataw sat-3 ta’ Lulju.

Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet dwar il-benefiċċji li ngħataw minħabba l-imxija tal-Coronavirus. Aqra aktar

Reviżjonijiet sostanzjali fl-iżvilupp tas-sit tal-ITS

L-iżvilupp propost fl-eks sit tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi ħa bidla oħra hekk kif il-grupp DB ressaq reviżjonijiet sostanzjali fil-pjan tiegħu għal proġett tad-DB City Centre.

Il-proġett kien tħabbar fl-2017 f’dak li kien imsejjaħ bħala l-ikbar investiment Malti fl-istorja ta’ pajjiżna, iżda kien qajjem oġġezzjonijiet kbar minn għaqdiet u residenti tal-lokalitajiet tal-madwar. Aqra aktar

Iżjed servizzi governattivi online filwaqt li se jittriplaw iċ-ċentri ta’ servizz.gov

Tniedew diversi servizzi governattivi ġodda offrut b’mod online.

Is-servizzi jinkludu l-Energy Efficiency Website, fejn wieħed jista’ jieħu pariri kif inaqqas il-konsum tad-dawl u l-ilma, pjattaforma biex sewwieqa prospettivi japplikaw għall-permess tat-tagħlim u l-eżami tas-sewqan, il-customer care għall-Awtorità tal-Ambjent, BusinessEnhance.mt, Malta Trade Licences Portal, Legislation MT, l-Arkivji Notarili u r-Reġistru tal-Avukati. Aqra aktar

Jilqgħu r-rilaxx tal-kumplament tal-miżuri

Diversi msieħba soċjali laqgħu r-rilaxx tal-kumplament tal-miżuri wara l-imxija tal-Coronavirus.

Il-Prim Ministru Robert Abela t-Tnejn filgħaxija ħabbar li min-nhar il-Ġimgħa se jitneħħew kważi r-restrizzjonijiet kollha, bin-nies mistennija li jżommu l-prinċipji tad-distanza soċjali, il-ħasil frekwenti u sew tal-idejn u l-użu ta’ maskri protettivi hekk kif jirritornaw għall-ħajja ta’ qabel. Aqra aktar

€100 miljun f’nefqiet mill-Gvern għall-Covid-19 fl-ewwel 3 xhur tas-sena

Fl-ewwel kwart tas-sena l-Gvern nefaq ftit aktar min-nofs biljun ewro, żieda iżjed milli previst fil-Baġit għal din is-sena.

Dan hu dovut peress li f’dan il-perjodu l-Gvern nefaq mat-tlieta u disgħin miljun ewro f’miżuri biex inaqqas l-impatt negattiv li ġabet magħha l-imxija tal-Coronavirus u biex is-settur privat iżomm l-impjegati fl-impjieg. Aqra aktar

Jieħdu l-opportunità biex jagħtu dawra tajba lil Dar il-Mediterran waqt li kien magħluq minħabba l-Covid-19

Daqs erba’ sekli u nofs ilu nbena dak li  kien l-aqwa sptar fil-Mediterran immexxi minn dawk imlaqqma bħala l-prinċpijiet tal-Ewropa u llum jilqa’ fih konferenzi u avvenimenti oħra. Aqra aktar

Ir-rotta tal-pipeline tal-gass ġiet iffinalizzata

Ir-rotta minn fejn se jgħaddi l-pipeline tal-gass bejn Malta u Sqallija kemm fuq l-art u kif ukoll fil-baħar ġiet iffinalizzata.

Id-direttur tal-proġett tal-pipeline Ismail Damato spjega li b’tul ta’ madwar mija wieħed u ħamsin kilometru, il-parti Maltija fil-proġett kienet ippreżentata fi studju dwar l-impatt ambjentali sottomess lill-Awtorità dwar l-Ambjent u r-Riżorsi. Aqra aktar

Send this to a friend