Simeon Nechev – Page 53 – One News

Simeon Nechev

Notifiki

“Ser nieħu ħsieb it-tifel bl-istess imħabba u għożża bħal ma kontu tagħmlu intom” – Oħt u bint il-vittmi tat-traġedja fl-Imġarr

‘Ma nistax nifhem kif ser inkompli ngħix ħajti imma nemmen li ser tkunu hemm miegħi u ma missieri f’kull pass u deċiżjoni li ser nagħmlu.’

Kien dan il-kliem li Andonia Mallia, oħt u bint iż-żewġ vittmi fl-inċident tat-traffiku fl-Imġarr il-Ħadd li għadda, tellgħet fuq Facebook ftit wara li ngħatat l-aħħar tislima lil Graziella u Fallon.

Aqra aktar

Martin Garrix u Bebe Rexha l-ewwel żewġ artisti tal-Isle of MTV ta’ din is-sena

Il-Ministru Konrad Mizzi ħabbar fuq Twitter li d-DJ famuż Martin Garrix u l-kantanta Bebe Rexha huma l-ewwel żewġ artisti fl-Isle of MTV ta’ din is-sena.

L-avveniment li daħal fit-13-il sena tiegħu din is-sena se jsir fid 9 ta’ Lulju fil-Fosos tal-Floriana.

Martin Garrix huwa magħruf għal diski bħal Animals, Tremor u In the Name of Love, filwaqt li Rexha hija magħrufa għal Say My Name, I’m a Mess u No Broken Hearts.

Jibdew x-xogħlijiet fuq 17-il triq f’San Pawl il-Baħar

Għal darb’oħra kellu jkun il-Gvern li jagħti widen lir-residenti, lill-ħaddiema u lin-negozjanti ta’ San Pawl il-Baħar biex jibda xogħol fuq sbatax-il triq li tħallew fi stat ta’ telqa kbira mill-Kunsill Lokali li fl-aħħar ħames snin kien ikkaraterizzat minn riżenji, ġlied u konflitti interni.

Minkejja li l-kunsill kellu l-fondi meħtieġa, qatt ma ħa azzjoni u kellu jkun intervent tal-Gvern biex jibdew ix-xogħlijiet.

Aqra aktar

ARA: Inaddfu qiegħ il-baħar mill-iskart

Tul il-jum tal-Ħadd bhala parti mill-kampanja ‘Wave of Change’ saru diversi clean ups , fosthom minn qiegħ il-baħar fil-bajja tax-Xemxija – dan bil-għan li jitellgħu ħafna oġġetti li ġew mormija tul is-snin u li qed jikkawżaw ħsara kbira.

Aqra aktar

Send this to a friend