Simeon Nechev – Page 5 – One News

Simeon Nechev

Notifiki

BIL-FILMAT: Servizz tal-ewwel għajnuna f’Wied iż-Żurrieq u Għar Lapsi

19-il bajja fil-gżejjer Maltin minn dan tmiem il-ġimgħa bdew jaraw is-servizz ta’ lifeguards offrut mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.

Dan qed isir b’investiment ta’ madwar €900,000 fi tnax-il bajja f’Malta, ħamsa f’Għawdex u tnejn f’Kemmuna.

Fost il-bajjiet f’Malta b’lifeguard hemm dawk tal-Għadira, Golden Sands u l-bajja ta’ San Ġorġ, filwaqt li f’Għawdex is-servizz huwa offrut fost oħrajn fir-Ramla l-Ħamra u Ħondoq ir-Rummien.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: Esplora jiftaħ il-bibien mill-ġdid b’attrazzjonijiet ġodda

Iċ-Ċentru Nazzjonali Interattiv għax-Xjenza l-Esplora reġa’ fetaħ il-bibien tiegħu wara li għaddiet l-imxija tal-Coronavirus.

Esplora ħa l-prekawzjonijiet kollha neċessarji sabiex iċ-ċentru jkun jista’ jerġa’ jiftaħ għall-pubbliku biex joffri esperjenzi edukattivi u ta’ divertiment, immirati kemm għat-tfal iżda anke għall-ġenituri tagħhom.

Iċ-chairman eżekuttiv tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija Jeffrey Pullicino Orlando esprima s-sodisfazzjon tiegħu li ċ-ċentru Esplora kien ippreparat li jiftaħ il-bibien tiegħu għall-pubbliku immedjatament kif ingħata l-gwida mill-Awtoritajiet tas-Saħħa lokali.

Aqra aktar

Send this to a friend