Simeon Nechev – Page 4 – One News

Simeon Nechev

Notifiki

Mil-lum tista’ tirreġistra twelid jew mewt ma’ Identity Malta online

Ir-reġistrazzjoni tat-twelid u mewt bdiet tkun possibbli online permezz tas-sit tal-Aġenzija Identità Malta. Il-pubbliku jista’ jirreġistra t-twelid ta’ tarbija ġdida jew il-mewt ta’ persuna billi sempliċiment jimla formola ta’ reġistrazzjoni online. Aqra aktar

BIL-FILMAT: Konservat qabar storiku f’Ħ’Attard biex jitgawda mill-pubbliku

Infrastruttura Malta lestiet ħidma delikata biex iċċaqlaq minn postu qabar puniku li nstab fis-sit tal-proġett tas-Central Linj f’Ħ’Attard, sabiex ikun jista’ jsir aċċessibbli għall-pubbliku meta jitlestew ix-xogħlijiet f’dawn it-toroq. Aqra aktar

Iżjed servizzi għas-sajjieda

Is-sajjieda se jkunu jistgħu jgawdu minn żieda fis-servizzi offruti lilhom mid-Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura.Aqra aktar

BIL-FILMAT: Il-PM itenni l-appell biex l-Oppożizzjoni tiskrutinja fil-parlament il-kandidat għall-Kummissarju tal-Pulizija 

Il-Prim Ministru Robert Abela  tenna l-appell lill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia sabiex l-Oppożizzjoni tattendi u tagħmel skrutinju parlamentari fuq il-kandidat riferut għall-Kummissarju tal-Pulizija. Aqra aktar

L-ajruport iħejji ruħu għas-sigurtà fl-ivvjaġġar

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta intensifika x-xogħlijiet ta’ tħejjija sabiex jilqa’ l-ewwel passiġġieri mill-1 ta’ Lulju li ġej b’mod sigur.

L-Ajruport implimenta sett ta’ miżuri li huma mmirati li jħarsu s-saħħa kemm tal-passiġġieri u kemm tal-impjegati tal-ajruport. Dawn il-miżuri jikkonsistu mid-distanza soċjali u proċessi li ma jirrikjedux kuntatt bejn il-passiġġieri u l-ħaddiema. Aqra aktar

Għada jibdew jitqassmu ċ-ċekkijiet ta’ rifużjoni tat-taxxa

Minn għada se jibdew jitqassmu ċ-ċekkijiet ta’ rifużjoni tat-taxxa, miżura tal-budget 2020 u li semmiet fil-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika. Din il-miżura se tiswa ħdax-il miljun u nofs ewro u se tolqot 212,000 ħaddiem.

F’konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal li l-gvern qed jimplimenta din il-miżura minkejja l-isfidi. Aqra aktar

Fl-uffiċċju ta’ Identity Malta f’Mater Dei ġew irreġistrati 80% tat-twelid kollu

L-uffiċċju tan-notifiki tat-twelid u l-imwiet li Identity Malta għandha fl-Isptar Mater Dei nfetaħ mill-ġdid.

Dan wara li tul l-imxija, Identity Malta kienet proattiva u pprovdiet arranġamenti sabiex dawn in-notifiki jkunu jistgħu jsiru bil-posta. Aqra aktar

Il-PM iħabbar li fis-sigħat li ġejjin se titneħħa l-emerġenza ta’ saħħa pubblika

B’effett minn ftit tas-sigħat oħra se titneħħa l-emerġenza ta’ saħħa pubblika wara l-kontroll assolut b’suċċess fuq it-tixrid tal-imxija tal-Covid-19.

Ħabbar dan il-Prim Ministru Robert Abela waqt intervista minn tliet ġurnalisti minn kmamar tal-aħbarijiet differenti, fuq ONE. Aqra aktar

Send this to a friend