Simeon Nechev – One News

Simeon Nechev

Notifiki

Fis-sena jsiru medja ta’ 300 awtopsja


L-eżami fuq katavru li jiddetermina x’wassal għall-mewt. Magħrufa wkoll bħala l-awtopsja.

Il-Kap tad-Dipartiment tal-Patoloġija Dr Chris Barbara, li d-dipartiment tiegħu huwa responsabbli mill-kamra mortwarja u l-awtopsi, spjega kif mal-mewt, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, it-tabib jkun jaf il-kawża tal-mewt x’kienet. Iżda jekk dan ma jkunx il-każ, huwa jordna l-awtopsja minnufih. Aqra aktar

Il-passaport Malti jirbaħ il-premju prestiġġjuż tal-aqwa dokument ta’ identità reġjonali tas-sena

Il-passaport Malti huwa r-rebbieħ tal-premju prestiġġjuż tal-aqwa dokument ta’ identità reġjonali tas-sena.

Dan il-premju jirrikonoxxi l-ogħla livelli ta’ kisbiet fost il-passaporti globali u l-karti tal-identità ta’ Gvern, u ngħata lill-Aġenzija Identity Malta fl-aħħar edizzjoni tal-Konferenza High Security Printing li kienet organizzata minn Reconnaissance International fil-Portugall. Aqra aktar

Imġedded appoġġ ta’ €1.8 miljun lil Dar San Ġużepp

Ħidmet il-Fondazzjoni Dar San Ġużepp fost subien fi bżonn ta’ familja alternattiva jew li jinsabu f’kura ‘l barra mid-dar, se tissaħħaħ hekk ftehim mal-Ministeru għall-Familja ġie mġedded.

Id-daqqa ta’ pinna li ssiġġilat din l-għajnuna tant bżonnjuża saret fid-Dar il-Ġimgħa filgħodu fil-preżenza tal-Ministru Michael Falzon, kif ukoll tal-amministrazzjoni ta’ din ir-residenza tat-tfal, immexxija minn Fr Louis Mallia. Aqra aktar

13-il persuna oħra jfiqu mill-Coronavirus u ma jfeġġ l-ebda każ minn fost 1,193 test

Fl-aħħar sigħat 13-il persuna oħra fiequ mill-Coronavirus f’pajjiżna u ma feġġ l-ebda każ ġdid.

Ħabbret dan f’konferenza tal-aħbarijiet, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, fejn qalet ukoll li t-total ta’ nies imfejqa tela’ għal 514. Aqra aktar

Ittestjar f’Malta li ma jsirx fil-bqija tal-Ewropa

Il-pass li ħa pajjiżna billi qed jagħmel ittestjar hekk imsejjaħ tal-massa fuq persuni li mhumiex juru sintomi tal-Coronavirus, ġie imfaħħar mill-Viċi-President tal-Kamra tal-Kummerċ Marisa Xuereb. Aqra aktar

Send this to a friend