Sephora Cutajar – Page 33 – One News

Sephora Cutajar

Notifiki

Emily Thornberry wissiet dwar il-periklu li jeżisti jekk wieħed jieħu pożizzjoni newtrali dwar ‘Brexit’

Emily Thornberry wissiet privatament f’Settembru li għadda li hemm ċans li l-elezzjoni tal-Labour Ingliża tkun mxekkla jekk wieħed jieħu pożizzjoni newtrali dwar il-Brexit. Waqt li kien qed jitkellem fil-Konferenza tal-Partit nhar it-Tlieta li għadda qalet li tinsab inkwetata dwar Jeremy Corbyn fejn tenna li ma għandux viżjoni fuq l-akbar deċiżjoni li qed tiffaċċja r-Renju Unit bħalissa. Aqra aktar

Ara x’jaħsbu n-nies dwar il-villaġġ tal-Milied fi Pjazza Tritoni

 

F’temp mill-isbaħ wara jum iddominat minn riħ qawwi, mijiet ta’ familji qattgħu l-jum tal-Ħadd fil-kapitali Maltija, fejn ħatfu l-okkażjoni biex jesperjenzaw il-villaġġ tal-Milied “Fairyland” fi Pjazza Tritoni.

Pjazza li nbidlet f’villaġġ maġiku mimli attrazzjonijiet għall-familja kollha, minn tfal sa adulti u anzjani.

Dawk li tkellmu magħna mhux biss innutaw li dan il-villaġġ huwa wieħed uniku għal pajjiżna, imma wkoll li jinsabu kuntenti li jistgħu jqattgħu dawn il-ġranet sbieħ ta’ festi mal-familja.

B’attrazzjonijiet bħal carousel, ferris wheel u ice skating rink, “Fairyland” qajjem entużjażmu wkoll fost iċ-ċkejknin, li wkoll qalu tagħhom dwar dak li għoġobhom f’dan il-villaġġ tal-Milied.

Fi New Zealand: Ħerġin gassijiet velenużi mill-bokka tal-vulkan li żbroffa nhar it-Tnejn

L-awtoritajiet qed jittamaw li jsalvaw it-8 persuni li huwa mifhum li għadhom hemm, b’ċans kbir li huma mejta fuq il-gżira f’New Zealand. S’issa hemm 6 persuni li huma kkonfermati mejta f’din it-traġedja fosthom il-gwida tal-lokal Hayden Marshall-Inman li kien minn tal-ewwel li ġiet kkonfermata l-aħbar tiegħu minn familtu stess. Aktar minn tletin persuna oħra jinstabu f’qagħda kritika l-isptar kawża ta’ ħruq sever. Aqra aktar

Tkunx int fjur fuq it-tarmak, jekk se issuq, tixrobx!


Mhux issa biss imma dejjem, tkunx fjur fuq it-tarmak.

Dan kien il-messaġġ ewlieni mid-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa li nieda kampanja biex anki f’dawn iż-żminijiet ta’ festi wieħed jieħu ħsieb u jekk se jixrob ma jsuqx.

Sabiex jitwassal dan il-messaġġ tant importanti hemm diversi korpi u entitajiet magħqudin flimkien. Aqra aktar

Send this to a friend