Sephora Cutajar – Page 2 – One News

Sephora Cutajar

Notifiki

Raġel iweġġa’ gravi wara li waqa’ f’xaft

Raġel ta’ 52 sena minn Birżebbuġa jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ f’xaft ġewwa daru. Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-18:05 fi Triq il-Vitorja, l-Isla.

Mill-ewwel investigazzjonijiet li saru rriżulta li r-raġel kien waqa’ f’xaft waqt li kien qed jagħmel xi xogħol ġewwa daru stess. Fuq il-post ġew imsejħa il-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu lir-raġel u ambulanza fejn ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei għall-aktar kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Dwar dan il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech fejn ħatret diversi esperti sabiex jassistuha. Il-Pulizija tad-Distrett għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.Aqra aktar

Malta b’kontribut ta’ €10,000 sabiex jiġi miġġieled it-traffikar uman 

Malta ssieħbet fil-kampanja internazzjonali ‘Blue Heart’ kontra t-traffikar uman.

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u dawk Ewropej Evarist Bartolo u s-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi Rosianne Cutajar spjegaw kif permezz ta’ din is-sħubija, Malta se tkun qed tikkontribwixxi b’għotja ta’ għaxart elef ewro lill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti kontra d-Droga u l-Kriminalità.Aqra aktar

Send this to a friend