Sephora Cutajar – Page 10 – One News

Sephora Cutajar

Notifiki

Minuta silenzju għat-tliet vittmi t’attakk fl-Ingilterra

Minuta silenzju għall-vittmi t’attakk f’Reading, l-Ingilterra. Liema attakk seħħ is-Sibt filgħaxija fejn tliet persuni nqatlu u persuna oħra għadha qed tingħata l-kura f’dak li qed jitqies bħala att terroristiku.
Il-Kunsillier tal-lokal stieden lin-nies sabiex jingħaqdu f’din il-minuta silenzju permezz tal-paġna ta’ Facebook tal-kunsill stess. Aqra aktar

Fond ta’ kważi nofs miljun ser isostni l-festi Maltin

Tliet fondi importanti li bejniethom jammontaw għal €470,000 se jsostnu lill-għaqdiet tal-Festi Maltin.

Dawn il-fondi ser jibbenefikaw minnhom il-każini u soċjetajiet tal-banda, il-kmamar tan-nar kif ukoll għaqdiet tal-armar. Aqra aktar

Investiment ta’ €3 miljuni f’żoni urbani fi tliet lokalitajiet

Proġett ta’ tliet miljun ewro fi proġett pilota ambjentali  f’Ħal Qormi, il-Ħamrun u l-Mosta, se jara li żoni urbani li huma toroq prinċipali jitħaddru. Id-disinn ideali se jkun qed jintagħżel wara kompetizzjoni bl-isem Design and Build, abbażi tal-mod kif se jkun imħares l-ambjent tal-komunitajiet.

Il-President tal-Kamra tal-Periti Simone Vella Lecker qalet li b’hekk, dan l-investiment huw wkoll opportunità għall-periti  biex iunu kreattivi f’xogħolhom. Aqra aktar

Send this to a friend