Samuel Lucas

Notifiki

Il-Prim Minsitru sorpriż bis-suċċess ta’ LEAD

Wara s-suċċess li kiseb il-programm LEAD għal darb oħra l-Partit Laburista nieda sejħa oħra sabiex aktar nisa jitħajru jidħlu f’dan il-programm li jqarribhom u jgħallimhom fuq il-Politika Maltija.

Dan kollu bil-għan li tiżdied il-parteċipazzjoni femminili fil-Parlament Malti.

B’reazzjoni għal dan il-Ħadd filgħodu fuq ONE RADIO il-Prim Ministru Joseph Muscat stqarr li kien sorpiż għall-aħħar bis-suċċess li kiseb dan il-proġett mmexxi f’idejn il-Membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli.Aqra aktar

Soluzzjoni temporanja fuq l-armar tal-festa li mblokka l-aċċess għal bankina f’Birkirkara

Il-Kumitat Festa Sant’ Elena sab soluzzjoni temporanja wara li armar tal-festa mblokka l-aċċess għal bankina f’Birkirkara.

Dan wara li iktar kmieni dalgħodu bosta kienu urtati bil-fatt li nies b’diżabbiltá ma setgħux jaċċessaw ATM minħabba li r-rampa quddiema kienet imblukkata b’armar tal-festa.

Il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) iktar kmieni illum esprimiet d-diżappunt għall-fat li dan l-armar imblokka l-aċċess għal bankina għal persuni li jużaw is-siġġu tar-roti. 

Fi stqarrija, il-Kummissjoni spjegat li biswit il-Bażilika ta’ Santa Elena ġie armat anġlu fuq kolonna quddiem rampa li toffri aċċess għall-bankina u għal ATM.

Jattakkaw lil Delia għax impjega l-mara ta’ ħuh

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia jinsab fil-mira ta’ kritika ġdida, din id-darba għax sab impjieg ġdid fil-Partit Nazzjonalista għal mara ta’ ħuh, Claudette Delia.

Irrapurtat dan il-gazzetta Kullħadd wara li fl-aħħar ġimgħat, Claudette Delia bdiet tidher ta’ kuljum fil-kurituri tad-Dar Ċentrali, bil-preżenza tagħha tqajjem bosta mistoqsijiet.Aqra aktar

Send this to a friend