Samuel Lucas

Notifiki

Jibdew il-preparamenti għad-Dubai Expo 2020

Sentejn ‘il bogħod mill-ftuħ tad-Dubai Expo 2020 Malta ser tibda’ tħejji ruħha sabiex ikollha rappreżentanza qawwija qalb investituri barranin.

Intqal dan f’konferenza fejn ġiet diskussa l-parteċipazzjoni ta’ Malta fid-Dubai Expo tal-elfejn u għoxrin.
Expo nternazzjonali li sentejn oħra ser ikun qed isir f’Dubai għal sitt xhur sħaħ u li mistenni jilqa’ mal-ħamsa u għoxrin mijun viżitatur minn madward id-dinja.
Aqra aktar

Joħolqu kuxjenza fuq is-sigurtà għal min jogħdos

Ix-xahar ta’ Settembru kien wieħed li ġab miegħu dieqa kiefra fuq żewġ familji wara li żewġ ġuvintur fi fjur ta’ żgħożithom instabu mejta wara li kienu qegħdin jogħdsu f’Baħar iċ-Ċagħaq u x-Xemxija.

Il-mewt ta’ Neil Zammit ta’ 24 sena minn Raħal Ġdid u Simon Psaila ta’ 20 sena mir-Rabat ma ġabitx biess dieqa fost l-għadassa iżda nislet ukoll tħassib fost il-qraba tagħhom.Aqra aktar

ARA: Jinfetaħ xelter ieħor f’Ħad-Dingli

Kien jum speċjali għad-Dinglin hekk kif f’Jum Ħad Dingli, infetaħ xelter ieħor għall-pubbliku li jmur lura għal żmien it-Tieni Gwerra Dinija.

Folla kbira nġabret sabiex tassisti għal ċerimonja ta’ ftuħ, li fost oħrajn inkludiet parata mill-grupp tal-iscouts ta’ Ħad Dingli u n-ninteenth Dingli Girl Guides, u kif ukoll esebizzjoni mill-isbaħ tal-Malta Command Inauguration.żAqra aktar

Illejla l-għaxar edizzjoni ta’ Rockestra

Kollox jinsab lest sabiex l-MFCC f’Ta Qali jilqa’ l-għaxar edizzjoni ta’ Rockestra.

Kunċert mużikali b’risq il-Malta Community Chest Fund u li l-programm tiegħu jinkludi mużika Rock akkumpanjata b’mużika orkestrali mill-Orchestra Filarmonica ta’ Malta.Aqra aktar

BIL-FILMAT: Tnejn l-isptar wara ħabta f’Santa Venera

Żewġt irġiel Taljani ttieħdu l-isptar wieħed minnhom bi ġrieħi ta’ natura gravi wara ħabta fi Triq San Ġużepp f’Santa Venera, kmieni il-Ħadd filgħodu.

Kienu għall-ħabta ta’ 04:45 ta’ filgħodu meta karozza tat-tip Peugeot 106 misjuqa minn Taljan ta’ 36 sena residenti San Pawl il-Baħar u vettura tat-tip VW Passat misjuqa minn raġel ta’ 34 sena minn Santa Venera kienu nvoluti f’ħabta.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel Taljan flimkien mal-passiġġier tiegħu, Taljan ta 42 sena minn Ħal Balzan, l-isptar Mater Dei.

Aqra aktar

L-Għannej tal-Mulej jiddaħħal l-Isptar

Ħafna jsejħulu Ġorġ oħrajn bħala Ġorġ tal-Mużew madankollu l-maġġoranza tan-nies jafuh aħjar bħala l-Għannej tal-Mulej.

Ġorġ Agius rebaħ post f’qalb ħafna Maltin wara li qatta parti kbira minn ħajtu jżur lil nies morda u anzjani fl-isptarijiet sabiex jferraħħhom u jwennishom permezz ta’ taqbila wara l-oħra mimlijin kliem ta’ ferħ u kuraġġ.

Ħafna jirrakuntaw, kif dlonk kien jerħila lejn l-isptar kuljum fil-ħamsa ta’ filgħodu.

Madankollu llum il-folja nqalbet ta’ taħt fuq hekk kif issa kien imiss li hu jidaħħal l-isptar.

Ġorġ li issa għandu tnejn u disgħin sena qed jingħata l-kura fl-isptar Mater Dei wara li saħħtu bdiet sejra lura.

Minkejja li Ġorġ tul dawn l-aħħar snin ma setax jibqa’ jmur l-isptar minħabba saħħtu hu kien jibqa’ jżomm lill-pazjenti kollha f’talbu.

Illum Ġorġ ħa lura dak li ta hu għal ħafna snin. Matul il-ġurnata wieħed seta’ jinnota kif fuq il-midja soċjali ħafna żammew f’moħħhom lil din il-persuna li tant kienet ta’ faraġ għal ħaddieħor.

One News jawgura lil Ġorġ fejqan ta’ malajr.

Send this to a friend