Samuel Lucas – Page 8 – One News

Samuel Lucas

Notifiki

Aktar minn €300,000 f’allowances għas-suldati

Membri mill-Forzi Armati ta’ Malta li kienu minn ta’ quddiem fil-ġlieda kontra l-imxija ngħataw jew qegħdin fil-proċess li jingħataw aktar minn tliet mitt elf ewro f’allowances għal sigħat żejda li ħadmu. Aqra aktar

Il-Prim Ministru Robert Abela jżur l-uffiċini tal-MITA 

Il-Prim Ministru Robert Abela żar l-uffiċini tal-MITA f’Santa Venera.

Akkumpanjat mill-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji Edward Scicluna u s-Segretarju Parlamentari Clayton Bartolo, il-Prim Ministru ltaqa’ mal-ħaddiema u rringrazzjahom tax-xogħol intensiv li kellhom iwettqu tul dawn l-aħħar xhur.Aqra aktar

Għodda ġdida għal aktar sigurtà fit-toroq Maltin

L-ambulanzi kollha u parti sostanzjali mill-vetturi tal-Protezzjoni Ċivili ġew mgħammra b’lenti li ser tiffaċilità s-sewqan ta’ dawn il-vetturi kbar fit-toroq Maltin.

Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet mill-Kunsill Malti għas-Sigurtà fit-Toroq hekk kif ġie spjegat li l-hekk imsejħa Fresnel Lens tagħmilha aktar faċli sabiex is-sewwieqa ta’ dawn il-vetturi għolja jkunu aktar konxji ta’ dak li għaddej madwarhom. Aqra aktar

It-terminal taċ-Ċirkewwa ta’ żmien GonziPN b’konkrit inferjuri

Il-konkos li jżomm il-pont  taċ-Ċirkewwa u li minn fuqu jgħaddu eluf ta’ passiġġieri li jaqsmu l-fliegu, ddeterjora u jrid jinbidel.

Dan 6 snin biss mindu Gvern Nazzjonalista tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi u l-Ministru għal Għawdex Giovanna Debono, inawgura dan it-terminal. Aqra aktar

Tilqim ġdid kontra l-meninġite fil-formularju tal-gvern

Il-Gvern introduċa tilqim ġdid kontra l-marda tal-Meningite fil-formularju tiegħu.

Ta’ kull sena f’pajjiżna jkun hemm bejn għaxar u ħmistax-il każ ta’ mewt jew kundizzjonijiet serji kawża ta’ din il-marda u li permezz ta’ dan it-tilqim li jindirizza fost oħrajn il-mikrobu tal-Meningococcus, pajjiżna ser ikun preparat minn fuq s’isfel kontra din il-marda.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: PBO jattakka l-inkjesta Maġisterjali fuq l-Armata

 

“Il-verdett li sar tal-inkjesta taċċettah inti bħala avukat difensur? Iva jew le? Għax minn kliemek ma tantx aċċettajtu.”

“Le, le ma nistax naċċettah, fis-sens li tant hemm nuqqasijiet li jien ma nistax nasal għal konklużjoni ġusta li kien hemm.”

Dik kienet ir-reazzjoni tal-Eks Segretarju Ġenerali Nazzjonalista, l-avukat Pawlu Borg Olivier għall-konklużjonijiet tal-inkjesta Maġisterjali dwar l-immigranti.

Aqra aktar