Samuel Lucas – Page 57 – One News

Samuel Lucas

Notifiki

L-isptar wara li tinqeleb b’karozza f’Birzebbugia

Tfajla minn Birzebbugia ttieħdet l-isptar wara li nqalbet bil-karozza.

Minn informazzjoni li kiseb One.com.mt kienu għall-ħabta tal-17:30 ta’ filgħaxija meta t-tfajla ta’ 19-il sena li kienet qed issuq karozza tal-għamla Skoda Fabia ħabtet ma’ SUV Nissan Qashqai  misjuqa minn mara Ingliża ta’ 45-il sena minn Marsaskala. Mal-impatt l-karozza misjuqa mit-tfajla Maltija nqalbet.

Aqra aktar

Raġel ta’ 41 sena jegħreq f’Kemmuna

Raġel ta’ 41 sena mill-Portugal tilef ħajtu wara li għereq f’Kemmuna.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-13:00 ta’ wara nofsinhar meta r-raġel sab ruħu f’diffikultà waqt li kien jinsab jgħum fl-inħawi ta’ Blue Lagoon f’Kemmuna.

Huwa ittella minn membri tal-ERRC ( Emergency Response and Rescue Corps ) u ttieħed l-isptar minnufih fejn ftit wara ġie ċċertifikat mejjet.

Fuq il-każ infetħet inkjesta mill-Maġistrat Paul Coppini li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.

Tinżamm arrestata fuq akkużi ta’ ‘pickpocketing’

Evdokiya Zlatkova ta’ 23 sena mill-Bulgarija nżammet taħt arrest fuqi akkużi ta’ ‘pickpocketing.’

Hija tressqet il-Qorti iktar kmieni llum wara li l-bieraħ inqabdet fil-mument tipprova tisraq minn basket ta’ mara li kienet għadha kif telgħet fuq tal-linja, f’Triq it-Torri Tas Sliema.

Fil-Qorti Zlatkova wieġbet mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontriha u talbet ukoll għall-ħelsien mill-arrest.

Madankollu l-Maġistrat Yana Micallef Stafrace ma laqgħetx din it-talba hekk kif Zlatkova ma għandiex indirizz fiss. L-ispettur Jonathan Ransley li żied jgħid li l-Bulgara baqgħet ma provdietx informazzjoni dwar fejn toqgħod f’Malta.

Zlatkova dehret inkwetata ferm bid-deċiżjoni tal-Qorti hekk kif kienet pjanata ssiefer lura lejn il-Bulgarija, fis-17 ta’ Lulju.

 

Mixli li seraq lill-ġenituri tiegħu

Sean Pace, ta’ 38 sena u li jgħix mingħajr saqaf fuq rasu, inżamm arrestat wara li fil-Qorti ġie akkużat b’serq aggravat fuq il-ġenituri tiegħu stess.

Huwa deher quddiem il-maġistrat Yana Micallef Stafrace mixli li fost oħrajn seraq żewġt iċrieket tad-deheb, mobile, camera, li daħal fi propjetà privata u li kien riċediv.

Pace permezz tal-avukat David Camilleri wieġeb mhux ħati madankollu ma’ talabx għall-ħelsien mill-arrest.

Intant id-difiża talbet li Pace jinżamm fit-Taqsima Forensika fl-Isptar Monte Carmeli minħabba l-fatt li kellu jibda’ programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga fil-ġimgħat li ġejjin.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Hubert Cini.

BIL-FILMAT: Il-President tal-Kroazja tixxotta d-dmugħ tal-captain Kroat

Il-President tal-Kroazja Kolinda Grabar-Kitarovic, rebħet qlub miljuni ta’ nies li segwew il-finali tat-Tazza tad-Dinja, partikolarment fuq il-midja soċjali wara li waqt iċ-ċerimonja tal-għoti tal-medalji lit-tim Kroat, dehret tixxotta d-dmugħ tal-captain Kroat, Luka Modric.

Tul il-logħba Kitarovic dehret tagħti l-kontribut tagħha mal-bqija tal-partitarji Kroati li kienu qed isemmgħu leħinhom għat-tim tagħhom fil-grawnd Luzhniki, f’Moska. Hija wkoll abbandunat kull ilbies formali u libset il-flok uffiċjali tal-Kroazja.

Madankollu kien waqt l-għoti tal-medalji li hija ġibdet għajn il-miljuni li segwew din il-finali. Minkejja t-telfa li ġarrab it-tim Kroat, hija baqgħet entużjasta u saħansitra ma’ tat l-ebda kas għax-xita li kienet nieżla qalil dak il-ħin.

Hekk kif kien imiss li l-captain tat-tim Kroat Luka Modric, jirċievi l-medalja tiegħu, wieħed seta’ jsegwi wieħed mill-iktar mumenti emozzjonali li provdiet din it-Tazza tad-Dinja.

Hija tagħtu tgħannieqa kbira u saħansitra dehret tixxottalu d-dmugħ. Modric kien pilastru mportanti għat tim Kroat hekk kif bit-talent uniku tiegħu f’nofs il-grawnd huwa gwida lil dan it-tim għal din il-finali tant prestiġġjuża.

Wara l-logħba Kitarovic ukoll daħlet fid-dressing room tat-tim Kroat sabiex terġa’ tirringrazzja lill-plejers kollha għall-prestazzjonijiet tagħhom mhux biss fil-finali iżda tul il-kompetizzjoni kollha.

 

Send this to a friend