Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela pparteċipa f’laqgħa ta’ diskussjoni mal-għaqda mhux governattiva Releaf dwar id-dekriminilizzazzjoni tal-kannabis, fosthom l-użu personali b’mod responsabbli.Aqra aktar

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela pparteċipa f’laqgħa ta’ diskussjoni mal-għaqda mhux governattiva Releaf dwar id-dekriminilizzazzjoni tal-kannabis, fosthom l-użu personali b’mod responsabbli.Aqra aktar
Aktar minn 90% tal-istudenti tal-Inġinerija u l-ICT li gradwaw mill-Kulleġġ Malti għax-Xjenza, l-Arti u t-Teknoloġija sabu impjieg full-time bil-maġġoranza assoluta issa qed jaħdmu f’qasam relatat mal-kors li studjaw fih.Aqra aktar
“Il-Partit Nazzjonalista, għal darb’oħra jinsab pass lura.”
Dan kien il-kliem li għażel juża l-eks Ministru Nazzjonalista, il-Perit Michael Falzon fil-konfront tal-Partit Nazzjonalista u Bernard Grech.Aqra aktar
Id-Dar tal-Providenza mhux se taċċetta d-donazzjoni mingħand il-Grupp Catco u li ġiet ippreżentata mill-Eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia fil-maratona ġbir ta’ fondi fl-ewwel tas-sena.Aqra aktar
Ebderi Edriss Gumaa Faraj ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li allegatament hedded lil martu li se jisparixxiha b’elf ewro u jaħarqilha demmha talli ma setax jara lit-tfal tiegħu.Aqra aktar
Justin Dimech ta’ disgħa u għoxrin sena mill-Gżira baqa’ jinżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati li pprova joqtol persuna f’attentat li jqabbad l-appartament tagħha.Aqra aktar
Il-Kap Bernard Grech ma niżlitlu xejn tajjeb l-istqarrija pubblika li għamel il-Ġimgħa filgħaxija fuq facebook l-eks Kap Adrian Delia, meta pubblikament wassal messaġġ iebes lit-tmexxija Nazzjonalista preżenti u talab biex il-ġlied jieqaf issa.
Dwar il-block vote u l-imminar ta’ kandidati Nazzjonalisti minn Nazzjonalisti oħra, Delia qal kif il-Partit Nazzjonalista qed jagħlaq il-bieb saħansitra lin-Nazzjonalisti.
Sorsi fid-Dar Ċentrali qalulna li l-Kap ma ħadha xejn tajjeb li Delia mar jitkellem fil-pubbliku dwar l-aħħar ġlied fil-partit għaliex it-tmexxija preżenti dejjem qed tagħti stampa li l-firda hija xi ħaġa tal-passat.
Fil-jum iddedikat għall-pazjenti bil-kanċer, pajjiżna żied mediċina oħra kontra l-kanċer fuq il-formularju tal-Gvern biex tibda tingħata b’xejn. Dan filwaqt li kompla jitkabbar ir-riżors uman f’pajjiżna fil-ġlieda kontra l-kanċer. Dan ħabbru d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne f’konferenza tal-aħbarijiet mal-Ministru Carmelo Abela fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo.
Chris Fearne spjega li l-mediċina ‘Everolimus’, li tintuża għall-kanċer avvanzat fosthom għall-tumuri tat-tip ‘neuroendocrine’ ser tkun qed tingħata b’xejn lill-pazjenti Maltin u Għawdxin.
L-Eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia qal li fil-Partit Nazzjonalista hemm min qed joħloq il-mibegħda.
Delia qal dan ma’ ONE News barra l-Parlament hekk kif fl-aħħar jiem kompliet tidher biċ-ċar il-qasma fonda li għandu l-Partit Nazzjonalista fi ħdanu.
Raġel minn Ħaż-Żabbar qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Għawdex.
Qal dan il-Korp tal-Pulizija fi stqarrija hekk kif spjega li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq ir-Rabat, in-Nadur, Għawdex.
Fil-fatt, malli l-Pulizija tad-Distrett marret fuq il-post irriżulta li r-raġel ta’ 36 sena u li kien qiegħed isuq quadbike Kymco, tilef il-kontroll u ħabat ġo vann tat-tip Isuzu li kien ipparkjat.
Send this to a friend