Samuel Lucas – Page 36 – One News

Samuel Lucas

Notifiki

Il-PM b’impenji fir-Repubblika Ċeka

Waqt żjara statali fir-Repubbika Ċeka, il-Prim Ministru Joseph Muscat sostna li l-koperazzjoni bejn Malta u r-Repubblika Ċeka, ir-relazzjonjiet bejn iż-żewġ pajjiżi u dik personali bejn iż-żewġ mexxejja hija l-essenza tal-unjoni ewropea.

Dr Muscat qal dan f’konferenza tal-aħbarijiet konġunta mal-Prim Ministru Ċek Andrej Babis fi tmiem laqgħa bilaterali bejn iż-żewġ mexxejja fil-bini tal-Gvern fil-belt kapitali Praga.

Dr Muscat tenna kif minkejja d-differenzi kemm ġeografiċi u kemm kulturali bejn iż-żewġ pajjiżi, illum Malta u r-Repubblika Ċeka saru jafu iktar lil xulxin.Aqra aktar

Milqugħa 90% tar-rakkomandazzjonijiet tal-NAO

Fl-aħħar rapport tiegħu għall-2017 dwar il-ħidma tad-dipartiment tal-Gvern, l-Awditur Ġenerali għamel 192 rakkomandazzjoni biex tiżdied il-kontabbiltà fit-tmexxija. Is-Segretarju Permanenti Ewlieni tal-Gvern qal li ttieħdu passi biex ġew implimentati 172 rakkomandazzjoni jiġifieri madwar 90 fil-mija tar-rakkomandazzjonijiet kollha.

F’konferenza tal-aħbarijiet li matulha ġie ppubblikat r-raba’ rapport tax-xorta tiegħu, is-Sur Cutajar spjega li r-rapport tal-awditur jelenka 332 azzjoni li minnhom diġà twettqu 78% waqt li l-kumplament jinsabu fil-proċess li jitwettqu.Aqra aktar

L-aktar jum impenjattiv għas-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar

Hekk kif eluf ta’ Maltin u Għawdxin ħadu vantaġġ mill-festa tal-Imnarja, u rħewla sal-baħar sabiex jgħumu għawma tajba, għas-Soċjetà Maltija tas-Salib l-Aħmar il-jum tas-Sibt kienet l-iktar ġurnata impenjattiva tas-Sajf.

Filfatt fil-jum tas-Sibt l-istess Soċjetà żiedet l-ammont ta’ ħaddiema mqassmin madwar Malta sabiex ikunu jistgħu jlaħħqu ma’ kull każ ta’ emerġenza li jista’ jinqala’.

Qalet dan Rita Fenech, uffiċjal tas-salvataġġ fi ħdan is-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar hekk kif spjegat kif f’jiem bħal dawn, fosthom il-festa ta’ Santa Marija f’Awwissu li huma meqjusa l-iktar impenjattivi fis-Sajf kollu minħabba l-influss qawwi ta’ nies li jifrekwentaw il-bajjiet Maltin, madwar mitt persuna jkunu mqassmin f’timijiet differenti madwar Malta u Għawdex.

Dan b’differenza għal ġranet oħra tas-Sajf hekk kif jitħaddmu madwar 80 ħaddiem.

“Fi ġranet fejn qed nistennew naqra iktar ta’ influss ta’ nies bħal ma hija llum ovjament insaħħu u nżidu l-operat. Illum għandna tmien teams oħra iduru ma’ Malta biex inkomplu nissapportjaw u nsaħħu t-torrijiet.”

Intant crew ta’ One News f’ħabta u sabta kellu jwaqqaf ħesrem l-intervista tiegħu hekk kif is-Sinjura Fenech flimkien ma’ iktar ħaddiema tas-Salib l-Aħmar ġew mgħajta fuq każ ta’ emerġenza fil-bajja ta’ Għajn Tuffieħa.

Filfatt One News segwa mill-qrib l-andament tal-ħidma ta’ dawn il-ħaddiema f’dan il-każ.

Hekk kif il-ħaddiema daru bil-mara li kellha sintomi ta’ ħass ħażin qawwi, it-tim mediku tas-Salib l-Aħmar spjegalna kif każijiet bħal dawn iseħħu ta’ spiss u b’hekk saħqu fuq l-importanza li wieħed dejjem jixrob kemm jiflaħ ilma.

Send this to a friend