Samuel Lucas – Page 29 – One News

Samuel Lucas

Notifiki

BIL-FILMAT: Pensjonant jinżamm arrestat fuq abbuż sesswali ta’ erbat ibniet fl-Armier

Joseph Ebejer, penzjonant ta’ 63 sena nżamm taħt arrest wara li tressaq il-Qorti akkużat li kkorrompa u li pparteċipa f’atti sesswali mingħajr kunsens ma’ erbat itfal taħt l-etá.
Ebejer, mwieled l-Awstralja u li joqgħod Ħal Kirkop, ġie mixli li aktar kmieni dan ix-xahar u qabel, fl-Armier limiti tal-Aħrax tal-Mellieħa kkorrompa u wettaq atti sesswali mingħajr kunsens ma’ tfal minorenni bejn is-sebgħa u ħdax-il sena. Il-vittmi huma kuġini.

Aqra aktar

Se jitħawlu 13,000 siġra u arbuxell fi Ġnien il-Mediterran f’Raħal Ġdid

Ambjent Malta għaddejja b’ħidma kbira biex tħawwel 13,000-il elf siġra u arbuxell fi Ġnien il-Mediterran f’Raħal Ġdid bħala parti minn proġett ta’ riġenerazzjoni bil-għan li dan l-ispazju pubbliku ta’ madwar 30 tomna art jintraddu lill-familji Maltin u Għawdxin f’post ta’ rikreazzjoni u f’pulmun ieħor għan-Nofisnhar tal-pajjiż. Aqra aktar

Prijorità għad-drittijiet ekonomiċi tal-kittieba Maltin

Fl-ewwel Kungress Nazzjonali tal-kittieba li ġabar fih għexieren ta’ dawk li bil-pinna jagħtu żvog lil bosta qarrejja, approva żewġ mozzjonijiet b’mod unanimu li mistennija jiggarantixxu d-drittijiet ekonomiċi tal-kittieba Maltin.

Waqt aġenda mressqa mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb kienu bosta kittieba Maltin li esprimew l-opinjonijiet tagħhom dwar is-suq diffiċli f’dak li għandu x’jaqsam mal-bejgħ tal-kotba.Aqra aktar

Send this to a friend