Samuel Lucas – Page 28 – One News

Samuel Lucas

Proposti standards regolatorji ġodda għal tfal f’ħarsien alternattiv

Is-servizz li jingħataw fid-djar ta’ tfal jew f’entitajiet li joffru servizzi lil tfal li ma jibqgħux jgħixu mal-ġenituri tagħhom huma essenzjali għall-ħarsien tat-tfal.

L-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali fasslet għadd ta’ standards regolatorji ġodda għal dawn is-servizzi bil-għan jiġi żgurat li t-tfal li jgħixu f’ħarsien alternattiv jingħataw l-aħjar ħarsien possibbli.

F’konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru għad-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon qal l-istandards li tnedew għall-konsultazzjoni pubblika se jirregolaw s-servizzi offruti kemm f’residenzi alternattivi bħal djar ta’ tfal u kemm dawk li jingħataw minn xi uffiċċju bħal dak tal-Appoġġ.

L-istandards soċjali regolatorji għal servizzi residenzjali jagħmlu enfasi fuq id-dritt għall-parteċipazzjoni, il-kwalità u l-ippjanar tal-ħarsien, relazzjonijiet pożittivi, it-tgawdija, l-edukazzjoni u l-kisbiet tat-tfal. Ħafna minnhom japplikaw ukoll għas-servizz bbażati fl-uffiċċju.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtoritá Matthew Vella qal li r-regolament l-ġodda jinkludu l-introduzzjoni ta’ pjan għall-kura tat-tfal sabiex ikun hemm gwida ċara li tipprovdi iktar stabbiltà għall-ġejjieni tat-tfal

“L-aspett ta’ care plan. Mela li inti meta tifel jidħol f-alternative care isir pjan ċar. Pjan li llum il-ġurnata l-aktar ħaġa importanti ser tkun il-permanenza. Li inti qed tagħti stabbiltá ta’ dak it-tifel ffejn qed jgħix. Dak it-tifel meta ser isiru r-reviews tiegħu. X’interventi minn professjonisti difserenti jridu jsirusabiex b’dan il-mod.”

Intqal ukoll kif dawn l-istandards jitolbu li l-professjonisti jgħaddu minn proċess rigoruż ta’ skrutinju sabiex b’hekk ikun assigurat l-aqwa servizz għat-tfal.

Dawn l-istandards huma bbażati fuq prinċipji tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Magħquda għad-Drittijiet tat-Tfal.

Il-Ministru Michael Falzon qal li l-ġimgħa d-dieħla ser tidħol fis-seħħ il-liġi li se ssaħħaħ l-istandards u d-deċiżjonijiet marbuta mat-tfal taħt ħarsien soċjali.

“Hemmhekk hemm ħafna titjib. Hemm rikonoxximent tar-role tal-foster carers. Qed inħarsu lejn addozzjonijiet iktar faċli.  Qed ninsistu li l-minuri kemm jista’ jkun sakemm jifhem biżżejjed għandu jiġi kkonsultat. Għandna deċiżjonijiet li ġew appellabbli li qabel ma kellniex.”

Il-konsultazzjoni pubblika se tagħlaq f’nofs Awwissu u mistennija jidħlu fis-seħħ f’nofs Settembru/

BIL-FILMAT: 205 sena tal-korp tal-pulizija

Il-Ħadd, il-Korp tal-Pulizija fakkar il-mitejn u ħames sena anniversarju mill-bidu tiegħu. B’ċelebrazzjoni ta’ dan uffiċjali u membri fi ħdan il-Korp tal-Pulizija attendew għal quddiesa li tiġi ċċelebrata darba bis-sena dejjem fl-ewwel Ħadd ta’ Lulju.

Aqra aktar

Il-kuntratturi Maltin kollha obbligati jirreġistraw f’direttorju ġdid mill-BRO u l-MDA

Minn nhar l-Erbgħa li ġej il-kuntratturi Maltin kollha ser jkunu mitluba japplikaw sabiex isimhom jitniżżel f’reġistru f’forma ta’ direttorju uffiċjali mill-Uffiċċju tar-Regolament tal-Bini u tingħatalhom liċenzja li tippermettihom ikomplu jaħdmu fis-settur tal-kostruzzjoni. Dan bil-kollaborazzjoni tal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin (MDA).Aqra aktar

Żgħażagħ mill-Mediterran ifasslu l-politika Ewropea f’Malta

Żgħażagħ minn 20 pajjiż Mediterranju madwar l-Ewropa bħalissa jinsabu f’pajjiżna għall-“Young Mediterranean Voices Euro-Mediterraneanin Debate and Policy Forum.”

Dan huwa l-ewwel dibattitu tax-xorta tiegħu fl-Ewropa kollha li ser iwassal sabiex imexxi l-Aġenda Globali għall-iżvilupp Sostenibbli tal-2030.

Permezz ta’ dan il-Forum li ser jieħu forma ta’ dibattiti interkulturali mmexxija miż-żgħażagħ, ser jitfasslu proposti ewlenin biex jaċċelleraw l-implimentazzjoni u jżidu l-firxa tal-Aġenda 2030.

Dwar dan tkellimna ma’ Paul Walton id-Direttur tal-Istrateġija tal-Fondazzjoni Anna Lindh li flimkien ma’ Aġenzija Żgħażagħ ħadu f’idejhom dan l-avveniment uniku li jinkorpora pajjiżi mil-Lvant Nofsani, l-Afrika ta’ Fuq, l-Ewropa u l-Balkani.

“This is probabbly the most significant youth event in the Mediterrenean to ever happen because it’s the first time we bring a programme from the South Mediterreanean from the Arab region to Europe and of course Malta is the perfect crossing point for that,” qalet Lindh.

Ma setax jonqos ukoll li nkellmu żgħażagħ li qed jipparteċipaw f’dan id-dibattitu.

“My hope is that from this debate is to represent my country and to represent the SDG goals. My hope is to work with the youth power in my country to actually spread this SDG goals. Make sure we have good quality education, gender equality, climate change actions and all of these qualities,” huma spjegaw.

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ Clifton Grima saħaq li wara inizjattivi bħal vot sittax, dan l-avveniment juri kemm il-Gvern irid li ż-żgħażagħ Maltin jokkupaw rwoli ċentrali għall-politika ta’ għada.

“Qiegħdin nagħtu l-għodda kollha neċessarji liż-żgħażagħ sabiex iwasslu l-vuċi tagħhom. Vuċi tagħhom, ideat tagħhom li fuq kollox ikunu jistgħu jwasslu għall-prodott finali li ser ikun qed jara qabża l-quddiem fil-kwalitá tal-ħajja,” qal is-Segretarju Parlamentari.

Send this to a friend