Samuel Lucas – Page 22 – One News

Samuel Lucas

Notifiki

Ara s-suċċessi li kiseb Kobe Bryant u li issa ntemmu b’traġedja

5 titli, 18-il nominazzjoni All-Star, żewġ midalji olimpiċi tad-deheb, familja mill-isbaħ u l-ammirazzjoni ta’ miljuni ta’ nies madwar id-dinja.

Dak hu l-legat li ħalla warajh il-leġġenda tal-NBA Kobe Bryant wara li l-Ħadd filgħaxija fl-età ta’ 41 sena tilef ħajtu f’inċident traġiku b’helikopter fl-inħawi ta’ Calabasas f’Kalifornja.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: Il-PM jsuq għal Kemmuna

Jidher li l-Prim Ministru Robert Abela mhux biss ħa t-tmun tal-pajjiż f’idu ftit tal-jiem ilu iżda issa wkoll tad-dgħajsa li biha ser ikun qed jagħmel l-ewwel żjara tiegħu bħala Prim Ministru f’Kemmuna.

Illum il-Prim Ministru mistenni jiltaqa’ wkoll ma’ diversi Għawdxin fi tliet lokalitajiet differenti. Fix-Xewkija, fix-Xagħra u fil-Qala.

Segwi l-filmat hawn taħt.

Intant waqt iż-żjara tiegħu l-Prim Ministru ltaqa’ wkoll ma’ Salvu ta’ Kemmuna

Fi żjara qasira li l-Prim Ministru Robert Abela għamel fil-Gżira ta’ Kemmuna sab jistennewh lill-familja ta’ Salvu u l-familjari tiegħu.

Fl-2019 il-passiġġieri f’Malta użaw it-trasport pubbliku għal 57 miljun darba

Matul l-2019 il-passiġġieri f’Malta użaw is-servizz ta’ trasport pubbliku għal 57 miljun darba.

Ħabbar dan il-Ministru għat-Trasport Ian Borg l-Erbgħa fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari li fiha spjega li din iċ-ċifra tfisser żieda ta’ 7% iktar mill-2018.

Din iż-żieda hija ekwivalenti wkoll għal żieda ta’ 4 miljun vjaġġ mill-passiġġieri f’Malta meta mqabbel mal-2018.

Aqra aktar

L-Ispecial Olympics b’avveniment importanti f’Malta


Is-Segretarju Parlamentari għall-Isport Clifton Grima ħabbar li fl-2022 se jittella’ avveniment importanti tal-Ispecial Olympics f’Malta.

Dr Grima qal li dan l-avveniment jista’ jittella’ f’Malta bis-saħħa tal-investiment qawwi li qiegħed jagħmel il-Gvern f’diversi faċilitajiet sportivi madwar il-pajjiż.

Aqra aktar

Ara kif pazjenti Maltin se jkollhom kura aħjar fi sptarijiet fl-Ewropa

Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kif implimenta servizz ġdid tas-saħħa elettronika transfruntiera għaċ-ċittadini Maltin li jivvjaġġaw lejn pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea. Iċ-ċittadini issa jista’ jkollhom sommarju ta’ data dwar saħħithom trasferit elettronikament minn Malta lejn il-pajjiż li fih ikollhom bżonn trattament mediku ta’ emerġenza waqt is-safar. Jekk iċ-ċittadin jagħti l-kunsens, tobba awtorizzati f’pajjiżi li joffru dan is-servizz ikunu jistgħu jaċċessaw dettalji importanti miżmuma mis-servizz tas-saħħa tal-Gvern ta ‘Malta, bħal allerġiji, dijanjosi, proċeduri, u mediċini. Din l-informazzjoni tista’ tgħin lil tabib barrani jagħti trattament aħjar, jevita ċerti riskji kliniċi (per eżempju f’każ ta’ allerġiji), u jegħleb ostakli ta’ lingwa, billi t-tagħrif ikun disponibbli fil-lingwa tal-pajjiż fejn jinkiseb.

Aqra aktar

Send this to a friend