Samuel Lucas – Page 18 – One News

Samuel Lucas

Notifiki

Anzjana f’qagħda gravi wara li r-residenza li kienet fiha fiż-Żurrieq inħakmet minn nirien

Anzjana ta’ 75 sena sofriet minn ġrieħi gravi wara li r-residenza li kienet fiha fiż-Żurrieq inħakmet minn nirien.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-sitta ta’ filgħaxija fi Triq Santa Katerina fiż-Żurrieq.

Minn informazzjoni li kiseb One News jidher li fir-residenza kien hemm żewġ anzjani, it-tnejn ta’ 75 sena. Kienet kamra tas-sodda tal-istess residenza li ħadet in-nar. Fuq il-post assistew membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u uffiċjali tal-Pulizija.

Iż-żewġ anzjani ttieħdu l-isptar Mater Dei għal aktar kura fejn rriżulta li waħda sofriet ħruq filwaqt li l-anzjana oħra belgħet id-dħaħen.

Aktar tard l-anzjana li sofriet ħruq ġiet ċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi filwaqt li l-anzjana li belgħet id-dħaħen ġiet ikkurata u ntbagħtet lura d-dar.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.

Karol Aquilina jerġa’ jqajjem gwerra kontra Adrian Delia

 

Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina uża konferenza tal-aħbarijiet tal-partit tiegħu biex jibgħat messaġġ ċar lil Adrian Delia li għad għandu allegazzjonijiet serji fuq rasu.

Karol Aquilina, wieħed mill-hekk imsejħa sbatax-il eroj li kien il-perċimes fir-ribelljoni, waħda wara l-oħra li tqajjmet kontra l-Kap Nazzjonalista għadda battuta li mhux la kemm se tintlaqa’ tajjeb mit-tmexxija Nazzjonalista.

Aqra aktar

Seba’ persuni oħra fiequ mill-Coronavirus u erbatax-il każ ġdid

F’aġġornament dwar l-imxija tal-Covid-19 f’pajjiżna, il-Professur Charmaine Gauci kkonfermat li fiequ 7 persuni oħra biex b’hekk fiequ 443 persuna.

Intant is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika qalet ukoll li minn fost numru rekord ta’ testijiet li saru b’1321, ġew ikkonfermati 14-il każijiet ġodda.

B’hekk sa issa f’pajjiżna b’kollox saru 45,967 test u l-każijiet telgħu għal 522.

Il-każijiet attivi bħalissa huma ta’ 73.

Malta terġa’ tiġi l-ewwel fl-Ewropa fid-drittijiet ta’ persuni LGBTIQ

L-akbar stħarriġ Ewropew li qatt sar dwar diskriminazzjoni fil-qasam tal-LGBTIQ jikkonferma lill-Malta bħala fost l-aktar pajjiżi fejn fih persuni LGBTIQ iħossuhom komdi fil-pubbliku.

Ċifri fl-istħarriġ li sar mill-Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u li fih ipparteċipaw mat-800 persuna Maltija LGBTIQ, juru li 83% jħossuhom sodisfatti bil-ħidma tal-Gvern sabiex jiġġieled il-preġudizzji u d-diskriminazzjoni kontra persuni LGBTIQ.

Aqra aktar

Għajta waħda għall-għaqda nazzjonali

“Għajta Waħda”

Dan hu l-isem ta’ sensiela ta’ kunċerti virtwali li ser jixxandru mill-Ħadd 17 ta’ Mejju minn artisti lokali sabiex iħeġġu u jippromovu l-għaqda nazzjonali. Aqra aktar

Tliet każijiet ġodda ta’ Coronavirus f’pajjiżna

Anzjan ta’ 72 sena li kien infettat bil-Coronavirus u li kien fuq il-ventilatur fit-taqsima tal-kura intensiva fl-isptar Mater Dei, intbagħat lura d-dar hekk kif mar tajjeb ħafna fil-kura li rċieva. Aqra aktar

Send this to a friend