Samuel Lucas – Page 12 – One News

Samuel Lucas

Notifiki

Lest aktar minn 60% tax-xogħol fuq il-mini ta’ Santa Luċija

Miexi ġmielu x-xogħol fuq il-mini ta’ Santa Luċija hekk kif tlesta aktar minn 60% tal-proġett bil-mira hija li dawn jibdew jintużaw lejn l-aħħar ta’ Settembru.

Qal dan ma’ One News il-Perit Rapheal Abdilla li huwa wieħed mill-Periti nkarigati mill-proġett hekk kif ONE News żar l-andament tax-xogħol.

Il-Perit Abdilla spjega kif ix-xogħol prinċipali li bħalissa għaddej huwa fuq is-saqaf tal-mini l-ġodda hekk kif bdew jitpoġġew l-ewwel travi.

Aqra aktar

Ir-reġistru marittimu Malti fost l-aqwa għoxrin fid-dinja

Ir-reġistru marittimu Malti klassifika fost l-aqwa 20 minn madwar id-dinja fil-lista l-bajda tal-Paris MOU.

Ħabbar dan il-Ministru għat-Trasport Ian Borg flimkien mat-tmexxija ta’ Transport Malta li hija responsabbli mir-reġistru Malti hekk kif spjegaw li r-reġistru Malti kklasifika fis-17-il post.

Intqal kif ir-reġistru Malti kklassifika tajjeb ħafna wkoll fil-lista l-bajda tat-Tokyo MOU hekk kif ikklassifika fis-16-il post.

Aqra aktar

Send this to a friend